Archive

Archive for the ‘“Pass Pass” mis-Superjur Joe Fenech’ Category

San Marċel I 

January 16, 2017 Leave a comment

It-Tnejn 16 ta’ Jannar

“Itlob daqslikieku kollox jiddependi minn Alla.  Aħdem daqslikieku kollox jiddependi minnek.” Santu Wistin Read more…

It-Tieni Ħadd ta’ Matul is-Sena

January 15, 2017 Leave a comment

Il-Ħadd 15 ta’ Jannar

“Is-saċerdoti rċevew qawwa mingħand Alla li la kienet mogħtija lill-anġli lanqas lill-arkanġli. Ingħad dwarhom: ‘Dak li torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u dak li tħollu, ikun maħlul.’ Il-mexxejja temporali verament għandhom il-qawwa li jorbtu, imma jistgħu biss jorbtu l-ġisem. Is-saċerdoti, għal kuntrarju, jistgħu jorbtu b’rabta li tappartjeni lir-ruħ infisha u tittraxxendi l-istess smewwiet. Ma tahomx (Alla) l-qawwa kollha tas-sema?… X’qawwa akbar minn din teżisti? Il-Missier ta lil Ibnu li jiġġudika. U issa qed nara lill-Iben iqiegħed din il-qawwa kollha f’idejn il-bnedmin. Huma ġew mgħollija f’din id-dinjità bħallikieku ġa jinsabu miġburin fis-sema.”
San Gwann Kriżostmu

San Feliċ ta’ Nola

January 14, 2017 Leave a comment

Is-Sibt 14 ta’ Jannar

“In-nazzjon mhux biss għandu bżonn dak li għandna. Għandu bżonn dak li aħna.”  Santa Tereża Benedetta  Edith Stein. Read more…

San Illarju

January 13, 2017 Leave a comment

Il-Ġimgħa 13 ta’ Jannar

“Għallimna nagħtu u ma nikkontjawx il-prezz.” San Injazju ta’ Loyola

Hekk tagħmel l-omm. Hekk jagħmel kulmin verament iħobb. Ibati bla ma jikkontja l-prezz. Iħobb tassew min lest li jbati kemm hemm bżonn. Ir-rapport tal-bniedem li jkun iħobb tassew lil  Alla għandu din il-kwalità : li jkun kapaċi jsofri u jsofri bla ma jgerger u bla ma jqiegħed limiti. Aktar ma jħobb aktar ikun lest li jbati. Tereża ta’ Kalkutta tgħid dan fil-kelmiet : ‘Love until it hurts,’ Nitħabbtu biex ikollna dan is-sentiment ġenwin tal-qaddisin.

Santa Margerita Bourgeoys

January 12, 2017 Leave a comment

Il-Ħamis 12 ta’ Jannar

“Għandna nħobbu lil Alla għalih innifsu, minħabba żewġ raġunijiet; xejn m’hu aktar raġonevoli, xejn mhu aktar ta’ profitt ” San Bernard ta’ Clairvaux Read more…

San Iġino

January 11, 2017 Leave a comment

L-Erbgħa 11 ta’ Jannar

“Dejjem insibu li dawk li jimxu l-aktar qrib ta’ Kristu kienu dawk li kellhom jgħaddu mill-akbar provi.”  Santa Tereża ta’ Ġesù Read more…

San Aldo

January 10, 2017 Leave a comment

It-Tlieta 10 ta’ Jannar

“Il-Karità hija ċertament akbar minn kull regola. Aktar minn hekk, ir-regoli kollha għandhom iwasslu għall-karità.” San Vinċens de Paul Read more…