Archive

Archive for the ‘Minn Fr Mario Attard OFM Cap’ Category

L-attitudni tal-paċi

January 13, 2017 Leave a comment

Patri Mario Attard OFM Cap

Is-Sena t-Tajba lil kulħadd! U, b’mod speċjali, lilek ħija, lilek oħti! Ir-raba’ numru issa dar! Arah! Minn sitta sar seba’! Addijo s-sena ta’ qabel. U merħba bik! għas-Sena l-Ġdida!

Il-bidla tan-numru taf tfisser ħafna affarijiet għal ħafna nies. Jiddependi minn dak li huma ħejjew u qegħdin jaspiraw għalih. Iżda fil-ħajja l-aktar affarijiet li huma tant meħtieġa għall-bidu ma jagħmlux ħoss. Għalkemm wara itarrxu kull m’hawn. Hekk, ngħidu aħna, ma tagħmilx ħoss li wieħed, minn persuna irrabbjata jibda’ jieħu lil ħaddieħor bil-ħlewwa. Anki jekk il-bidla, almenu f’dawk li jiġi f’kuntatt magħhom, tibda issir bil-mod. Iżda, meta jibda’ għaddej iż-żmien u dik il-persuna, għal raġuni jew oħra, ma tibqax tidher, kemm titla’ fil-wiċċ dik l-imġieba fejqana li tkun għaddiet lil ħaddieħor! L-istess bħal meta jmut xi ħadd li, ħlief ġid ma jkunx għamel. U wara, ma’ kull min tiltaqa’, arah isemmilek il-ġid li jkun għamel miegħu u magħha. Bħalissa jiġini l-eżempju mqaxxar ta’ ħija Patri Joe Saliba OFM Cap. Kemm ħabbhom lin-nies Joe! Read more…

Eroj siekta

January 12, 2017 Leave a comment

Patri Mario Attard OFM Cap

Bħalissa tgħidx x’hawn tal-passa! Prattikament lil kull min tisma’! Il-virus tal-influwenza veru tost ħej! La għandu djar, uffiċċini inkella kunventi. Mgħaddas li hu jagħmel kullimkien tiegħu u jiknes lil kull min isib quddiemu!

Mela, biex naqtagħha fil-qasir, l-influwenza għoġobha żżur il-kunvent fejn ngħammar. Taf li lanqas ma kellha l-ħila tagħfas il-buttuna tal-intercom biex tara jekk għandniex pjaċir biha! Le! Ma tarax! It-tosta qabdet u telgħet iżżurna fil-kmamar tagħna. U sabitna kif sabitna. Bħalma sabet lili, li kont qed nitħejja ħa nissokta ħidmieti ma’ ħutna l-morda fl-Isptar Mater Dei. Read more…

It-Tagħlima tas-sena 2016

January 11, 2017 Leave a comment

Mis-6 għas-7

January 10, 2017 Leave a comment

Patri Mario Attard OFM Cap

Is-Sena t-Tajba ħbieb!

Nawguralkom minn qalbi s-Sena t-Tajba mill-kunvent tagħna l-Kapuċċini u bit-tazza tal-grokk f’idi! Apposta għedtilkom tal-grokk u mhux tax-xorb: li ma jmurx taħsbuni sakranazz!

Intant! Issa r-raba’ numru dar! Minn 6 ġie 7. Veru? U dar f’nofsillejl. Iss ħej! Donnu lanqas minn nies m’għandu dan! Eh ħabib! Il-ħajja trid tibqa’ għaddejja. U ġieli tgħaddi anki minn fuq rasi u rasek. Aħseb u ara x’tagħmel mela minn ħajjitna stess! Kif taħratha! Imma issa ejja nitfgħu naqra t-tazza tal-grokk tiegħi u dik tax-xorb tiegħek fil-ġenb u nirraġunaw waħda flimkien. Ras im’bras. Ta’ żewġt iħbieb tal-qalb li aħna. Read more…

Courtyard of the Gentiles

January 8, 2017 Leave a comment

Fr Mario Attard OFM Cap

Life is the excellent cradle for dialogue. Without dialogue life simply ceases to be what it is and should always be, life. That is why, while addressing the Participants of theInternational Meeting for Peace by the Sant’Egidio Community, on September 30 2013, Pope Francis rightly emphasized that “each one of us is called to be an artisan of peace, by uniting and not dividing, by extinguishing hatred and not holding on to it, by opening paths to dialogue and not by constructing new walls!” Read more…

A sound advice for 2017

January 1, 2017 Leave a comment

Fr Mario Attard OFM Cap

The New Year event is a special occasion since it gives the possibility for a new beginning. However, as the North American essayist, lecturer and poet, Ralph Waldo Emerson, put it: “Write it on your heart that every day is the best day in the year”.

Personally speaking I have found a sound advice in order to help me live 2017 fruitfully. Whilst reading the autobiography of Saint John XXIII, Journal of a Soul, Pope John quotes from the famous Christian devotional book written by Thomas à Kempis, The Imitation of Christ: “Certainly onthe day of judgment we shall not be asked what we have read but what we have done; not how well we have spoken but how virtuously we have lived …” (p. 104).

Lord, in 2017 help me to do more and speak less. Help me to live virtuously, on a daily basis. Amen.

Happy New Year!

It-tagħlima tas-sena 2016

January 1, 2017 Leave a comment

Patri Mario Attard OFM Cap

Jumejn biss ‘il bogħod minn bidu ta’ sena ġdida, sena oħra ta’ sfidi, u, fuq kollox, ta’ opportunitajiet, jgħaddu minn moħħi u minn qalbi ruxxmata ħsibijiet. Ħsibijiet li jħalluni nħammem. Imma mhux b’idejja fil-bwiet taċ-ċoqqa. Inkella marbuta. Qisni bħal wieħed vittma taċ-ċirkustanzi. Anzi! Dawn il-ħsibijiet iħolluni mill-moll tal-beżgħat u l-inċertizzi tiegħi ħa nbaħħar … Ħa nterraq … Read more…