Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap, Ġenerali > Wirja fuq l-Arma Christi f’Mater Dei

Wirja fuq l-Arma Christi f’Mater Dei


Sur Editur,

Bħalissa, f’Mater Dei, għaddejja wirja mill-isbaħ tal-Istrumenti tal-Passjoni ta’ Ġesù. Din il-wirja inħadmet minn Charles Coleiro.

L-Istrumenti tal-Passjoni ta’ Ġesù jew kif insibuhom aħjar fl-ilsien Latin bħala Arma Christi, huma dawk l-oġġetti kollha li huma marbuta mal-Passjoni ta’ Ġesù. Dawn l-oġġetti insibuhom rappreżentati wkoll fl-arti Nisranija.

Fost dawn l-Istrumenti nsibu, is-Salib, il-Kuruna tax-Xewk, il-Kolonna, il-Flaġell, l-Isponża, il-Lanza, l-Imsiemer, il-Maktur tal-Veronika, il-Qasba, il-Libsa Ħamra Skura, il-Kitba INRI (Titulus Crucis), il-Kalċi, il-Libsa ta’ Ġesù, is-Sellum, il-Mazza, it-Tnalja, il-Mirra, il-Liżar, ix-Xemx u l-Qamar, it-Tletin Biċċa tal-Fidda, il-Ħbula u l-Ktajjen, il-Lanterni u t-Torċi, l-Istallet, is-Serduk u l-Istendard Ruman SPQR.

San Alfons Marija de Liguori jgħid: “M’hemm l-ebda devozzjoni aktar ta’ benefiċċju għall-qdusija sħiħa tar-ruħ mill-meditazzjoni tas-spiss tat-tbatijiet ta’ Ġesù Kristu”.

Għix dan il-ħsieb qaddis ta’ San Alfons billi iżżur l-esibizzjoni li hemm bħalissa, f’dawn il-jiem imqaddsa tal-fidwa tagħna l-bnedmin, fid-Dipartiment tal-Outpatients f’Mater Dei.

Patri Mario Attard OFM Cap

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: