It-terrimot


Patri Mario Attard OFM Cap

Mà x’biża! It-terremot! Il-bini nieżel! U bini li, suppost kien sod u jiflaħ għat-terremoti, spiċċa sar ħerba waħda! Mhux ta’ b’xejn li l-magħrufa skola ta’ Amatrice tlaqqmet mill-ġurnalisti u minn għadd ta’ Taljani bħala La scuola della vergona! L-iskola tal-misħtija.

Huma x’inhuma l-każi, huma x’inhuma d-dettalji tal-istorja, l-esperjenza tat-terremot hija tabilħaqq kerha! Nhar l-24 t’Awwissu d-dinja ixxukkjat ruħha. Terrimot qawwi laqat lil Amatrice, Accumoli, Arquata del Tronto u Norcia, jiġifieri fiċ-Ċentru tal-Italja. Il-ħin kien wieħed skabbruż għall-aħħar. Eżattament fit-3.36 ta’ filgħodu. Normalment huwa l-ħin fejn ħafna nies ikunu fl-isbaħ nagħsa, jistrieħu mill-għejja tal-ġurnata.

Iżda mhux hekk kien għal madwar 281 persuna li spiċċaw mejta taħt it-tifrik. Mhux hekk kien għal 21 tifel u tifla li kienu fost il-vittmi. Mhux hekk kien għal 400 persuna li ġew imdewwija fl-isptarijiet, fosthom 40 persuna li jinsabu f’qagħda kritika u qiegħdin jissieltu għal ħajjithom. Mhux hekk kien għal 2,500 persuna li spiċċaw bla dar. L-esperjenza tat-terrimot hija tassew diżażtruża. Iġġiblek swied il-qalb kbir. Tneżżgħek minn kull dinjità.

Kif nista’ ninsa’ intervista ma’ mara fuq ir-RAI f’Amatrice li tilfet id-dar tagħha? X’setgħet tgħidlu aktar lill-ġurnalist għajr li twarrab ħelu ħelu mix-xibka tal-midja internazzjonali u ssib mument għall-kwiet fejn tkun tista’ toħroġ l-uġiegħ kbir tagħha? Għadni niftakar qaltlu: “Dari ma teżiżtix aktar!” Qishiex qed tgħidlu d-dinjità tiegħi ta’ persuna sparixxiet?

Issa, jekk terrimot jagħmel tant ħsara l-għaliex mhux biss joqtol lin-nies fiżikament imma wkoll iġarrfilhom il-memorja tagħhom, kemm dik familjari u anki dik storika, xi ħsara kbira jagħmel l-ilsien meta mhux ikkontrollat? Kemm jheżżeż persuni mill-qiegħ? Kemm ikisser id-dinjità tagħhom? Iċajprilhom il-fama tagħhom? Kważi kważi iġibhom jidhru li huma nies li ma ħaqqhomx? Nies ta’ min iwarrabhom? Jistmellhom? Jaħrabhom?

U min, fil-verità, jistħoqqlu? Min, fil-verità, hu sewwa? Mija fil-mija? Minn mindu l-Mulej daħħalni fil-kunvent il-Patrijiet minn dejjem fakkruni fil-kliem ta’ San Franġisk li kien iħobb jgħid: “Il-bniedem huwa dak li hu quddiem il-Mulej”. U hawn hu l-bużillis ta’ kollox! Inutli x’nidher, kif nippreżenta ruħi, x’ngħid u ma ngħidx, l-għaliex il-verità fuqi hija waħda: dik li tixgħel quddiem il-Mulej! Mela, jekk quddiem il-Mulej ħadd minna m’huwa eżatt, perfett, qaddis, ejja nitgħallmu ftit x’ġara f’din it-traġedja li għadha kemm seħħet.

U x’nitgħallmu? F’ħajtu, f’ħajjitha, kulħadd għamel terrimot. Min għamel theżżiża żgħira u min kbira. Min qal kelma li għamlet ċertu ħsara u min qal kelma li għamlet ħafna aktar ħsara l-għaliex semgħuha ħafna aktar nies. Wara t-terrimot qlub il-bnedmin infetħu. U xmara ta’ solidarjetà bdiet dieħla minn kullimkien. Inkluż minn pajjiżna. Kien hemm min saħansitra tela’ jgħin lil dawk li soffrew it-terrimot.

Mela anki meta jingħad kliem li jkisser il-fama ta’ persuni ejjew inxammru jdejna u nibdew ngħinuhom jibnu mill-ġdid il-fama tagħhom. Aktar u aktar jekk inkunu aħna stess li, bid-diskors irresponsabbli tagħna, wassalna biex iseħħ dan it-terremot. Lil dawn in-nies irridu nipprovdulhom it-tined biex fihom ikunu jistgħu jibdew jgħixu ta’ bnedmin. Jiġifieri irridu nkunu aħna li nibdew insemmu l-ġid li jagħmlu u mhux nibqgħu niffukkaw fuq id-diffetti tagħhom u nkabruhom.

Ejjew nifhmu ħaġa importanti, ilkoll miftuħa għat-terrimot. Ilkoll jistgħu jsibulna d-diffetti fuqna u jkabbruhom. Mela ejja nevitaw dawn it-tip ta’ terrimoti. Ejja niftakru fil-kelma ta’ Ġesù li ġġibna f’postna: “Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom” (Mt 7:12).

U ħallina mit-terrimoti ħbieb!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: