Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap, Ġenerali > Ippremjat bil-Premju Internazzjonali Charlemagne

Ippremjat bil-Premju Internazzjonali Charlemagne


Patri Mario Attard OFM Cap

Nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Mejju, Papa Franġisku irċieva l-Premju Internazzjonali Charlemagne f’ċerimonja tal-unuri li nżammet fil-Vatikan.

Dan il-premju prestiġjuż huwa mogħti kull sena lill-individwu jew istituzzjoni bħala għarfien għal ħidmiethom favur l-għaqda Ewropeja. Il-Premju Charlemagne huwa mogħti kull sena mill-Belt Ġermanika ta’ Aachen lil xi ħadd li jkun ikkontribwixxa bil-kbir għall-idejali li fuqhom l-Premju ġie mwaqqaf.

Fir-rimarki tiegħu dwar l-okkażjoni l-Papa Franġisku saħaq li hu kien se jirċievi l-unur bl-intenzjoni li joffrih lill-Ewropa. Fil-fatt huwa qal: “Għalina m’huwiex daqstant ċelebrazzjoni daqskemm mument biex nesprimu t-tama li ilkoll għandna għall-pass ġdid u kuraġġuż ‘il quddiem għal dan il-kontinent maħbub tagħna”.

Wara li sema’ diskorsi mis-Sindku ta’ Aachen, Martin Philipp u tal-President tal-Parlament Ewropew, Martin Shulz, Papa Franġisku qal: “L-Ewropa għaddejja minn żminijiet turbulenti u qed taffaċċja dak li jista’ ikun test deċisiv għall-għaqda tagħha”. Kelliema oħra f’dan l-avveniment importanti kienu l-President tal-Kunsill tal-Ewropa u l-President tal-Kummissjoni Ewropeja.

Fid-diskors tiegħu l-Papa talab għall-Ewropa mġedda. Huwa qal: “Konvint li l-qtiegħ ta’ qalb u l-għajja ma jappartjenux għar-ruħ tal-Ewropa, u li anki l-problemi tagħna jista jkunu forzi qawwija għall-għaqda”. Filwaqt li rrefera għad-diskors li għamel fil-Parlament Ewropew fl-2014 il-Papa issokta jirrifletti fuq il-paragun li kien ħoloq bejn l-Ewropa u nanna xiħa u għajjiena. Il-Papa sfida lilna l-Ewropej billi staqsiena:

“X’ġaralek Ewropa tal-umaniżmu, id-difensur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-libertà? X’ġaralek Ewropa, dar tal-poeti, tal-filosfi, tal-artisti, tal-mużiċisti, u tal-irġiel u n-nisa tal-kultura? X’ġaralek Ewropa, omm tal-popli u nazzjonijiet, omm ta’ irġiel u nisa kbar li żammew, u saħansitra issagrifikaw ħajjithom għad-dinjità ta’ ħuthom subjien u bniet?”

Il-Papa tħaddet minn Eworpa li tista’ twelled umaniżmu ġdid imsejjes fuq tlett kapaċitajiet: il-kapaċità li tintegra, il-kapaċita li tiddjaloga u l-kapaċita li tiġġenera. Papa Franġisku osserva li l-għeruq tagħna l-Ewropej huma imsaħħa fis-sekli permezz ta’ bżonn kostanti li jiġu integrati kulturi varji. Issokta jgħid li l-kultura ta’ djalogu “għandha tkun parti integrali tal-edukazzjoni li għandha tingħata fl-iskejjel tagħna”. Permezz ta’ din il-kultura ż-żgħażagħ jiġu mgħejjuna biex ikollhom l-għodod meħtieġa sabiex jissettiljaw il-konflitti li jinqalgħu b’mod ġdid.

Il-Papa saħaq li l-pajjiżi kollha, ibda’ mill-iċken u spiċċa mill-akbar wieħed minnhom, ilkoll għandhom rwol attiv x’jilgħabu fil-ħolqien ta’ soċjetà rikonċiljata u integrata. M’hemmx dubju li r-rwol taż-żgħażagħ għandu importanza speċjali u kruċjali. Dan l-għaliex iż-żgħażagħ “m’humiex il-futur tal-popli tagħna, huma l-preżent”. Papa Bergoglio staqsa lil dawk preżenti: “Kif nistgħu ngħidulhom li huma l-protagonisti meta l-livell ta’ dawk qiegħda, li huwa ta’ miljuni ta’ żgħażagħ Ewropej, huwa kontinwament jogħla? Kif nistgħu nwaqqfu milli nitilfu żgħażagħ li jispiċċaw jmorru postijiet oħra fit-tfittxija tagħhom għall-ħolm u għas-sens ta’ appartenenza l-għaliex hawnhekk, fil-pajjiżi tagħhom, ma nafux kif se noffrulhom l-opportunitajiet u l-valuri?”
Biex jiġu maħluqa postijiet tax-xogħol li huma dinjitużi u li jirrendu pagi tajbin għaż-żgħażagħ il-Papa emfasizza l-bżonn li l-pajjiżi jinqalgħu minn “ekonomija likwida”, li hija diretta biss lejn il-profitt mill-ispekulazzjoni għal “ekonomija soċjali”, jiġifieri waħda li tinvesti fin-nies billi toħloq il-postijiet tax-xogħol.

Papa Franġisku temm id-diskors tiegħu billi iddeskriva l-ħolma tiegħu għall-Ewropa bħala post li għadu kapaċi jkun omm li għandha l-ħajja l-għaliex tirrispetta u toffri tama għall-ħajja, post attent għall-morda u għax-xjuħ, post fejn in-nies “jieħdu n-nifs safi tal-onestà”.

Jalla dan id-diskors ikun ta’ linji-gwida għalina l-Ewropej! Aħna fejn aħna! Ngħixu f’liema pajjiż qed ngħixu!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: