Home > Aħbarijiet, Ġenerali > Dulur u orrur tal-Papa għal dak li seħħ illum fi Franza

Dulur u orrur tal-Papa għal dak li seħħ illum fi Franza


Capture

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Dulur u orrur tal-Papa għal dak li seħħ illum fi Franza – saċerdot maqtul fi knisja. Dulur u orrur tal-Papa għal dak li seħħ illum fi Franza meta żewġ irġiel armati bi skieken ħanxru għonq saċerdot anzjan u ferew ieħor fi knisja fin-Normandija. Padre Federico Lombardi, direttur tas-Sala Stampa qal li din l-aħbar terribbli tiżdied sfortunatament ma’ sensiela ta’ vjolenza li f’dawn il-jiem qed taħsadna ta’ kuljum.

Il-Papa jinsab infurmat bil-ġrajjiet u huwa jikkundanna b’mod l-aktar radikali ta’ kull forma ta’ mibgħeda u jwiegħed it-talb għall-persuni milquta. Maħsudin b’mod partikolari għaliex din il-vjolenza orribbli seħħet fi knisja, post qaddis li fih titħabbar l-imħabba t’Alla. Il-Papa jinsab qrib il-Knisja fi Franza, l-Arċidjoċesi ta’ Rouen, il-komunità milquta u l-poplu Franċiż.

Min-naħa tiegħu, il-kardinal Jean-Louis Tauran, president tal-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Interreliġjuż, wera l-parteċipazzjoni tiegħu mal-prova kbira li l-komunità kattolika ta’ Franza qed tgħix illum u esprima l-komunjoni spiritwali u s-solidarjetà tiegħu fit-tama.

Categories: Aħbarijiet, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: