Home > Riċensjoni, Ġenerali > Riċensjoni: Madre Ġemma Camilleri. Missjoni mill-kamra tas-sodda

Riċensjoni: Madre Ġemma Camilleri. Missjoni mill-kamra tas-sodda


Riċensjoni

Joseph Bezzina, Madre Ġemma Camilleri. Missjoni mill-kamra tas-sodda. 1889-1973, Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, Għawdex 2016, 200 pp. + 87 illustrazzjoni.

Qoxra-Ktieb-Madre-GemmaIl-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù qed ixxandar għall-ewwel darba fi ktieb il-bijografija ta’ waħda minn uliedha li għexet ħajja qaddisa u wettqet missjoni kbira minn fuq is-sodda tal-mard tagħha. Madre Ġemma Camilleri, min-Nadur, li għexet bejn l-1889 u l-1973, għadha fuq fomm ta’ bosta li diġà f’ħajjitha qisuha bħala qaddisa, fosthom ħutha s-sorijiet u dawk li kienu jfittxuha għall-pariri spiritwali.

L-istorja ta’ Madre Ġemma tal-Ewkaristija, li ħadmet kemm felħet meta kienet f’saħħitha u kompliet taħdem meta ħakimha l-mard u kellha tgħaddi l-aħħar ħamsa u għoxrin sena ta’ ħajjitha f’qiegħ ta’ sodda, issa tinsab miġbura fi ktieb miktub mill-istoriku Mons. Dr Joseph Bezzina.

Sa mill-bidu tal-ħajja reliġjuża tagħha, Madre Ġemma xorbot mill-ispiritwalità tal-Fundaturi tagħna – Dun Ġużepp Diacono u l-Venerabbli Madre Margerita De Brincat. Għexet il-ħajja tagħha b’fedeltà kbira, b’fervur u mħabba lejn Alla u lejn il-Kongregazzjoni. Din ix-xhieda ta’ ħajja Madre Ġemma ħallietha wkoll fil-qalb tas-sorijiet li magħhom għexet il-ħajja kkonsagrata tagħha. Kienu ħafna wkoll il-lajċi li waslu biex jagħrfu l-ħniena u l-ħlewwa ta’ Alla permezz tagħha. Kif naqraw f’dan il-ktieb, Madre Ġemma kienet ruħ Ewkaristika, dejjem magħquda ma’ Alla. F’dan hija għarfet timita lill-Fundatriċi tagħna, Madre Margerita, li għexet dejjem f’għaqda sħiħa ma’ Alla.

Fuq xewqa tas-Sorijiet stess u anki tal-mibki Isqof Nikol Ġ. Cauchi, l-awtur għamel riċerka serja u fil-fond biex ġabar tagħrif siewi dwar Madre Ġemma mit-tfulija tagħha sal-aħħar snin ta’ ħajjitha. Il-bijografija hi mqassma fi tlieta u tletin sezzjoni. L-ewwel parti hi dwar it-tfulija u l-ewwel snin ta’ Madre Ġemma bħala soru; it-tieni hi dwar iż-żmien li qattgħet bħala Superjura l-Isla, Ruma, il-Casa Madre, u n-Nadur; it-tielet dwar diversi aspetti tal-ħajja reliġjuża u spiritwali tagħha; u r-raba’ hi dwar l-aħħar snin ta’ ħajjitha.

Kien xieraq li f’dan il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena jiġi ppubblikat dan il-ktieb dwar il-ħajja ta’ Madre Ġemma, reliġjuża li ddedikat ħajjitha lil Alla u li fiha spikkat b’tant qawwa din il-virtù tal-ħniena, għaliex imqar mis-sodda fejn kienet tgħaddi kważi s-sigħat kollha tal-ġurnata, kienet turi ħniena ma’ kull min kien ikollu bżonn tal-għajnuna u l-kelma tagħha.

Kopji tal-ktieb jistgħu jinxtraw mill-Kunvent tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù fin-Nadur jew mill-Casa Madre fi Triq Palma, il-Belt Victoria.

Categories: Riċensjoni, Ġenerali
  1. Anonymous
    August 19, 2016 at 2:53 pm

    Thanks you for writing & publishing this wonderful book of our great aunt Madre Gemma! She was & is a saint in my heart!

  2. Judy
    August 19, 2016 at 4:35 am

    I would love to purchase a copy. Descendent of Madre Gemma in the United States. please let me know how I may obtain a copy.

  3. Paul DeBattista
    August 9, 2016 at 8:37 am

    Għalkemm għadni ma qrajtx il-ktieb, nista’ ngħid li jien ngħożż il-memorji tagħha u l-ikoni li kienet ittini meta kont inmur inżura ġewwa in-Nadur mal-ġenituri tiegħi fejn hi tiġi iz-zija tal-mama tiegħi.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: