Home > Aħbarijiet, Ġenerali > Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ


Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ: Fi Krakovja mistenni li jkun hemm aktar minn miljun u nofs żgħażugħ u żgħażugħa  (Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija)

Dan se jkun il-15-il vjaġġ internazzjonali tal-Papa li fihom se jkun żar 23 pajjiż. Iżda din mhix l-ewwel darba li l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ qed jsir fil-Polonja. Infatti fl-1991din il-manifestazzjoni kienet saret f’Czestokowa.

It-tema ta’ dis-sena, marbuta mal-Ġublew, hi: Imberkin dawk li jħennu għax huma jsibu l-ħniena. Il-Papa se jmur f’postijiet bħal Krakovja, li huma fundamentali għar-rivelazzjonijiet ta’ Alla tal-Ħniena. Id-diskorsi li se jagħmel se jkunu kollha bit-Taljan, minbarra wieħed li se jkun bl-Ispanjol.

Padre Lombardi ddiskuta l-programm mal-ġurnalisti u tkellem ħafna dwar ir-rabta kbira li kienet torbot lil San Ġwanni Pawlu II ma’ Krakovja u s-Santwarju ta’ Czestokowa, li huma miżgħudin bl-istorja u bis-simboli tan-nazzjon bħalma hija l-Madonna s-Sewda.

It-tielet jum tal-vjaġġ, il-Ġimgħa 29 ta’ Lulju, se jkun dedikat għaż-żjara fil-kampijiet tal-konċentrament Nażisti li jinsabu fit-territorju Pollakk, Auschwitz, li jinsab madwr 30 kilometru bogħod minn Krakovja, u mhux wisq bogħod minnu, Birkenau.

Padre Lombardi qal: Niftakru li żewġ Papiet oħra diġà żaru dawn il-postijiet: Ġwanni Pawlu II, fl-1979 waqt l-ewwel vjaġġ fil-Polonja, fejn l-intervent tiegħu kienet omelija waqt il-quddiesa. Wara, mar Benedittu XVI li, – kif niftakru, għax hu aktar frisk f’moħħna – fit-28 ta’ Mejju 2006 żar kemm Auschwitz I kif ukoll Birkenau (Auschwitz 2) fejn għamel diskors kbir li ma kienx sar f’kuntest liturġiku.

Iż-żjara ta’ Franġisku hi differenti għax, kif qalilna u spjegalna hu nnifsu, hu ma jitkellimx imma jaġixxi: jibqa’ sieket quddiem in-niket, il-kompasjoni u d-dmugħ. Din l-għażla kienet apprezzata ħafna mill-Kap tar-Rabbini tal-Polonja.

Mument ieħor tal-vjaġġ se jkun l-għada, meta Franġisku jżur Krakovja fejn kienet toqgħod u hi midfuna Santa Fawstina Kowalska li minnha bdiet id-devozzjoni lejn il-Ħniena Divina, u wara jagħmel żjara lis-santwarju ta’ San Ġwanni Pawlu II, fejn, filgħaxija, fil-wesgħa li hemm ħdejh, se ssir il-velja maż-żgħażagħ, u fejn fl-aħħar, il-Ħadd filgħodu, il-Jum Dinji jilħaq il-quċċata tiegħu biċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.

Dwar il-kwistjoni tas-sigurtà, Padre Lombardi qal lill-ġurnaisti li mhemmx probemi partikolari, ma jidhirx li hemm xi gruppi lesti li jaqilgħu l-inkwiet u l-klima ġenerali fil-Polonja li qed tistenna ż-żjara tal-Papa, hi waħda normali għall-aħħar u kalma.

Għall-okkażjonii ta’ dan il-Jum Dinji, se jkun hemm 800 isqof preżenti minbarra aktar minn miljun u nofs żgħażagħ. Dawn id-dettalji ngħataw minn Mons Pawel Rytel-Andrianik, kelliem tal-Konferenza Episkopali tal-Polonja.

Kif nafu, osserva Mons Pawel, dejjem jaslu aktar nies minn dawk li jkunu nkitbu uffċjalment. Infatti meta nagħlqu l-applikazzjonijiet, in-numru kien 335,437. L-ewwel li nkitbu kienu Spanjozli u mbagħad bdew ġejjin applikazzjonijiet minn pajjiżi oħra.

Imma bħala oraganizazzjoni qed nistennew li fil-Campus Misericordiae l-Papa se jiltaqa’ ma’ aktar minn miljun u nofs żgħażagħ. F’Czestokova mbagħad mistenni li jkun hemm bejn it-300 u l-500 elf li l-maġġornaza tagħhom ikunu Pollakki li jkunu qed jiċċelebraw l-1050 sena mill-Magħmudija tal-Polonja.

Dawn huma n-numri. Rigward il-Pajjiżi li se jkunu rappreżentati, naraw li l-maġġoranza se jkunu mill-Polonja, mill-Italja, minn Franza, minn Spanja, mill-Istati Uniti tal-Amerika, mill-Ġermanja, mill-Brażil, mill-Ukranja u mill-Portugall.

Categories: Aħbarijiet, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: