Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap, Ġenerali > Leħen il-Ħniena ta’ Alla

Leħen il-Ħniena ta’ Alla


Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar ġie f’idejja ktieb tassew sabiħ li ġie stampat miċ-Ċentru Missjoni Kapuċċini. Dan huwa ktieb mimli riflessjonijiet dwar il-Ġublew tal-Ħniena.

Il-Ħniena ta’ Alla riflessjonijiet għall-Ġublew tal-Ħniena ta’ Alla huwa riżultat ta’ mhux anqas minn għoxrin kontribuzzjoni dwar din il-kwalità daqshekk importanti tal-Mulej. Fost l-awturi ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet qosra iżda li jmissu l-qalb insibu sittax minnhom li huma saċerdoti reliġjużi u djoċeżani u kif ukoll erba’ lajċi impenjati fil-Knisja. Dawn huma: Fr Philip Cutajar OFM Cap, Fr Silvestru Bonavia OFM Cap, Fr Stefan Attard, Fr Alexander Vella OCarm, Fr Joseph Ciappara OFM, Fr Martin Micallef OFM Cap, Mons. Lawrenz Sciberras, Fr Paul Sciberras, Fr Gerard Buhagiar, Fr Mario Attard OFM Cap, Fr Joe Buttiġieġ OFM Cap, John Formosa SDC, Joe Farrugia, Fr Hector Scerri, Mons. Anton Gouder, Mons. Charles Cordina, Philip E. Said u Joseph C. Camilleri.

Fil-preżentazzjoni tiegħu għal dan il-ktieb Fr Philip Cutajar OFM Cap, l-Editur tar-Rivista Dawl Franġiskan, jippreżenta tlett mumenti li, permezz tagħhom, int “tista’ tkun missjunarju tal-ħniena ta’ Alla mal-oħrajn”.

L-ewwel mument li jsemmi Fr Philip huwa “il-ħniena ta’ Alla stess”. Huwa jikteb hekk: “Minn hawn irridu nitilqu. Jeħtieġ li l-ewwel u qabel kollox niskopru l-infinità tal-imħabba ta’ Alla għalina”. It-tieni mument li Fr Philip jippreżenta huwa l-Ħniena li dehret fostna. Jikteb Fr Philip: “Il-mument meta niltaqa’ mal-imħabba u l-ħniena li dehru fil-persuna ta’ Kristu Ġesù. Ġesù issa jsir it-triq li teħodni għand il-Missier, li biha niskopri lil Alla Missier, Imħabba u Ħniena”. It-tielet mument huwa meta nuru l-ħniena bejnietna stess. Jissokta jikkummenta Fr Philip: “Il-Knisja matul din is-sena tal-Ġublew tal-Ħniena ta’ Alla għalina li dehret fi Kristu Ġesù, … tistedinna sabiex nuru ħniena bejnietna billi tuża l-kliem ta’ San Luqa: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:36).

Insemmi issa d-diversi temi li qed jiġu ittratti f’dan il-ktieb. L-ewwel, riflessjoni dwar il-messaġġ marbut mal-logo tas-sena tal-Ħniena ta’ Alla. It-tieni, xi jfisser il-ġublew tal-Ħniena ta’ Alla bil-għan li niskopruha ħa tgħinna nikkonvertu u niġġeddu. It-tielet, inkantaw il-Ħniena ta’ Alla bis-Salmi. Ir-raba’ l-imħabba ta’ Alla mħabbra mill-Profeti. Il-Ħames, il-ħniena ta’ Alla fi Kristu u fis-Sinottiċi. Is-sitta, il-ħniena fl-Evanġelju skont San Ġwann: il-Ħniena quddiem id-dnub. Is-seba’, il-ħniena fil-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb. It-tmienja, San Pawl ikanta l-ħniena ta’ Alla. Id-disa’, il-ħniena ta’ Alla f’San Pawl. L-għaxra, taħt il-ħarsa ta’ ommna tal-ħniena. Il-ħdax, il-ħniena ta’ Alla f’San Franġisk t’Assisi. It-tnax, San Piju ta’ Pietrelcina xhud awtentiku tal-Ħniena tal-Missier. It-tlettax, il-Franġiskani Kapuċċini f’Malta aktar minn 400 sena f’opri tal-ħniena. L-erbatax, San Ġorġ Preca xandar kbir tal-Ħniena ta’ Alla. Il-ħmistax, il-ħniena ta’ Alla fit-tagħlim tal-Papa Franġisku. Is-sittax, il-ħniena ta’ Alla f’konfront mat-tbatija, mal-kastig u l-ġustizzja ta’ Alla. Is-sbatax, il-ħniena ta’ Alla għandha wiċċ u dinjità. It-tmintax, x’qed nistenna biex nuri ħniena? Id-dsatax, il-ħniena ta’ Alla f’xi poeżiji ta’ Dun Karm. L-għoxrin, il-bolol tal-Ġublew tal-Ħniena.

Nixtieq nagħlaq din il-preżentazzjoni sempliċi għall-ktieb Il-Ħniena ta’ Alla riflessjonijiet għall-Ġublew tal-Ħniena ta’ Alla bil-kliem li ktieb fid-daħla għal dan il-ktieb Fr Martin Micallef OFM Cap, il-Ministru Provinċjal tal-Aħwa Minuri Kapuċċini Maltin: “Il-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II jikteb li ‘l-misericordia [il-ħniena] hija aspett indispensabbli tal-imħabba, bħallikieku din hija t-tieni isem ta’ Alla (Dives in misericordia, n. 7). Dawn il-kelmiet ser nifhmuhom aktar f’dan il-ktieb li aħna bħala Aħwa Minuri Kapuċċini Maltin qiegħdin nippubblikaw għal dan il-Ġublew tal-Ħniena. Minn artiklu għal ieħor se ngħaddu biex naraw ‘x’inhu l-wisa’ u t-tul, l-għoli u l-fond tal-imħabba ta’ Kristu’ (Efes. 3, 18) lejna li emminna fih. Jalla din il-pubblikazzjoni tkun ta’ ġid għalina ħalli kuljum nagħrfu nwieġbu għal din il-ħniena kbira li l-Mulej juri magħna bla ma jistħoqqilna”.

Dan il-ktieb jinbiegħ mill-Uffiċċju Missjoni tal-Kapuċċini fil-kunvent tagħna ta’ Floriana. Tistgħu iċċemplu fuq in-numri 21234949/21225525. Il-Ħniena ta’ Alla riflessjonijiet għall-Ġublew tal-Ħniena ta’ Alla jinbiegħ ukoll mill-libreriji ewlenin. La l-ktieb huwa fuq il-ħniena ta’ Alla il-frott li se joħorġ minnu ħa jmur għall-ħniena. Il-ktieb jinbiegħ 5 Ewros.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: