Home > Aħbarijiet, Ġenerali > In-nunzju l-ġdid fil-Bjelorussja

In-nunzju l-ġdid fil-Bjelorussja


In-nunzju l-ġdid tas-Senta Sede fil-Bjelorussja kkonsagrat isqof mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin. (Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija)

Il-Karidnal Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, Pietro Parolin, ippresjieda quddiesa fil-Katidral ta’ Vac, fl-okkażjoni tal-kosagrazzjoni episkopali tan-nunzju appostoliku l-ġdid fil-Bjelorussja, l-Ungeriż, Monsinjur Gábor Pintér.

Għaċ-ċerimonja kien preżenti wkoll il-Kardinal Péter Erdö, arċisqof ta’ Budapest u Primat tal-Ungerija.

Fl-omelija, il-Kardinal Parolin fakkar li wieħed mid-dmirijiet tan-nunzju hu li jkun “sinjal ta’ tama u għaqda, sejħa biex bejn il-bnedmin ta’ rieda tajba jkun hemm il-kollaborazzjoni, ħalli jkunu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, fosthom dak tal-libertà reliġjuża.

Minħabba li qed tirrappreżenta l-Papa, qallu l-Kardinal Parolin, ma tistax tagħmel ħaġ’oħra ħlief isservi dik il-ġustizzja li tħaddan fiha l-miżerja, il-ħila li ddewwi l-feriti tal-passat, biex il-futur ikun mirfud minn tama kredibbli.

Ġustizzja li tfisser maħfra reċiproka, pjanijiet għall-futur, rieda tal-inklużjoni u impenn sħiħ favur il-ġid komuni, b’mod li jitwaqqfu l-pjanijiet tal-vjolenti u ta’ dawk li jiżirgħu l-firda.

Fil-Bjelorussja, qal il-Kardinal, hawn komunità Kattolika ħajja u ferventi, li hi xhieda ferrieħa bid-devozzjoni u l-fidi li għandha.

Int se jkollok ukoll l-okkażjoni, kompla jgħid il-Kardinal Segretarju tal-Istat tal-
Vatikan, biex timpejna ruħek ħalli tibni relazzjonijiet fraterni mal-komunità Ortodossa, sabiex l-Insara kollha flimkien jagħtu xhieda waħda tal-valuri fundamentali tal-eżistenza u jagħmlu dejjem aktar għammiela l-mixja ekumenika.
Fl-istess waqt, il-preżenza tiegħek u l-ħidma prudenti li twettaq, għandhom ikunu inċentiv validu biex il-Bjelorussja tinfetaħ aktar lejn il-Pajjiżi l-oħra u biex dawn il-Pajjiżi jinfetħu aktar għall-Bjelorussja.

Bħala rappreżentant tas-Santa Sede – temm jgħid il-Kardinal Parolin – int trid tkun medjatur tal-paċi u l-ġustizzja billi taħdem ħalli ssaltan ir-raġuni tad-dritt u tal-ġid, billi tfakkar illi meta jintlaħaq ftehim onorevoli għax il-partijiet jiċċaħdu reċiprokament minn parti minn dak li jkunu qed jippretendu, ma jkunx sinjal ta’ dgħjufija imma ta’ għaqal u qawwa.

Categories: Aħbarijiet, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: