Home > Aħbarijiet, Ġenerali > Il-festa ta’ Santa Marija Maddalena.

Il-festa ta’ Santa Marija Maddalena.


Il-Knisja Universali llum għall-ewwel darba qed tiċċelebra l-festa ta’ Santa Marija Maddalena. (Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija)

Illum għall-ewwel darba l-Knisja Universali qed tiċċelebra l-Festa ta’ Santa Maria Maddalena. Aktar kmieni f’Ġunju fuq xewqa espressa tal-Qdusija Tiegħu Franġisku, il-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti ppubblikat digriet ġdid, li bih iċ-ċelebrazzjoni ta’ Santa Marija Maddalena, sal-lum tifkira obbligatorja, fil-Kalendarju Ġenerali Ruman qed tiġi mgħollija għall-grad ta’ festa.

F’artiklu li deher fl-Osservatore Romano, Mons Arthur Roche, Segretarju tal-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti qal li d-deċiżjoni rridu naqrawha fil-kuntest ekkleżjali ta’ żmienna, li qed jitlob minna li nirriflettu iżjed fil-fond fuq id-dinjità tal-mara, l-evanġelizzazzjoni l-ġdida u l-kobor tal-misteru tal-Ħniena divina.

Kien San Ġwanni Pawlu II li ta attenzjoni kbira mhux biss lill-importanza tan-nisa fl-istess missjoni ta’ Kristu u tal-Knisja, imma anki, u b’enfasi speċjali, lill-funzjoni partikulari ta’ Marija ta’ Magdala bħala l-ewwel xhud li rat lill-Irxoxt u l-ewwel ħabbara li wasslet lill-Appostli l-bxara tal-qawmien tal-Mulej. Din l-importanza tissokta llum fil-Knisja – dan jurih l-impenn fi żmienna għal evanġelizzazzjoni ġdida – li tixtieq tilqa’, bla ebda distinzjoni, irġiel u nisa ta’ kull razza, poplu, ilsien u nazzjon, biex tħabbrilhom il-Bxara t-tajba tal-Vanġelu ta’ Ġesù Kristu, isseħibhom fil-pellegrinaġġ tagħhom fuq din l-art, u toffrilhom l-għeġubijiet tas-salvazzjoni ta’ Alla. Santa Marija Maddalena hi eżempju ta’ evanġelizzatriċi vera u awtentika, jew aħjar, ta’ evanġelista li xxandar il-bxara hienja u ċentrali tal-Għid.

Il-Qdusija Tiegħu Franġisku ħa din id-deċiżjoni propju fil-kuntest tal-Ġublew tal-Ħniena biex ifisser ir-rilevanza ta’ din il-mara li wriet imħabba kbira lejn Kristu u kienet hekk maħbuba minn Kristu. Żgur li t-tradizzjoni ekkleżjali fil-Punent, fuq kollox wara San Girgor il-Kbir, tidentifika fl-istess persuna ta’ Marija ta’ Magdala lil dik il-mara li sawbet il-fwieħa fid-dar ta’ Xmun, il-Fariżew, u lil oħt Lazzru u Marta. Din l-interpretazzjoni kompliet tixtered fost l-awturi ekkleżjastiċi tal-Punent, fl-arti Nisranija u fit-testi liturġiċi marbuta mal-qaddisa.

Hu ċert li Marija Maddalena kienet tagħmel parti mill-grupp tad-dixxipli ta’ Ġesù, imxiet warajh sa taħt is-salib u, fil-ġnien fejn kien il-qabar, kienet l-ewwel xhud tal-ħniena divina. Il-Vanġelu ta’ Ġwanni jirrakkonta li Marija Maddalena bkiet, għax il-ġisem tal-Mulej ma sabitux hemm (ara Ġw 20:11); u Ġesù ħenn għaliha u wrieha ruħu bħala l-Imgħallem u bidel id-dmugħ tagħha fil-ferħ tal-Għid.

Categories: Aħbarijiet, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: