Home > Aħbarijiet, Ġenerali > Il-Papa Franġisku lid-Dumnikani

Il-Papa Franġisku lid-Dumnikani


Il-Papa Franġisku lid-Dumnikani: waħħdu l-ħniena mal-ħajja tagħkom. (Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija)

Il-Papa Franġisku bagħat telegramm lill-Majjistru Ġenerali tal-Ordni tal-Predikaturi – id-Dumnikani – li bħalissa qed jiltaqgħu fil-Kapitlu Ġenerali tal-Patrijiet Provinċjali, li qed isir fil-belt Taljana ta’ Bologna.

Il-kapitlu Ġenerali tal-Prijuri Ġenerali hu t-tieni minn tliet għamliet ta’ Kapitli Ġenerali, li kull wieħed minnhom isir kull tliet snin fuq ċiklu ta’ 9 snin li jintemm bil-ħatra tal-Majjistru Ġenerali l-ġdid.

Is-sekwenza tibda b’Kapitlu Ġenerali tad-delegati – imsejħin “definituri” skont it-tradizzjoni Dumnikana; wara jsir il-Kapitlu Ġenerali tal-Patrijiet Prijuri Provinċjali; u mbagħad isir il-Kapitlu Ġenerali li fih issir l-elezzjoni tal-Majjistru Ġenerali.

Il-Kapitlu Ġenerali li qed isir bħalissa qed isir fil-kuntest tat-800 anniversarju minn mindu l-Ordni kiseb il-konferma mill-Papa Onorju III, u f’nofs is-Sena tal-Ġubew tal-Ħniena.

Fit-telegramm iffirmat mill-Kardinal Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, Pietro Parolin, il-Papa Franġisku jesprimi t-tama li d-Dumnikani kollha jsibu dak kollu li hu meħtieġ biex jerġgħu jiddedikaw ruħhom għall-kariżma u l-wirt imħolli lilhom mill-fundatur San Duminku, li kien appostlu ta’ grazzja u maħfra li qatt ma heda jaħdem, ħanin mal-foqra u difensur qalbieni tal-verità.

Il-Qdusija Tiegħu għamel sejha lid-Dumnikani kollha biex ikunu xhieda tal-ħniena, jipprofessawha u jwaħħduha mal-ħajja tagħhom.

Categories: Aħbarijiet, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: