Home > Aħbarijiet, Ġenerali > Il-Papa Franġisku jċempell Nizza

Il-Papa Franġisku jċempell Nizza


Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Il-Papa Franġisku ċempel lill-mexxejja tal-belt Franċiża ta’ Nizza li għaddiet minn trawma kerha ta’ terroriżmu fejn talabhom jgħidulu x’seta’ jagħmel hu biex jgħin wara l-massakru tal-ġimgħa li għaddiet li ħalla 84 persuna mejta u għexieren oħra midruba.

Il-Papa Franġisku għamel din it-telefonata spontanja nhar il-Ħadd filgħaxija lil Paolo Celi, il-kap tal-“Amitié France-Italie”, assoċjazzjoni nazzjonali għat-Taljani li jgħixu fi Franza u lil Christian Estrosi, is-Sindku ta’ Nizza.
Celi qal lil Radju Vatikan li l-Papa ċempel għall-ħabta tas-7 ta’ filgħaxija billi beda biex skuża ruħu li ma tantx jitkellem tajjeb bil-Franċiż.

“L-ewwel ħaġa li qalli kienet, ‘kif nista’ nkun ta’ għajnuna għalikom?’” qal Celi, li fakkar fid-diskursata tagħhom qabel ma qabbad lil Papa Franġisku ma’ Estrosi.
Celi qal li l-Papa wiegħed li jiltaqa’ mill-aktar fis possibbli mal-familji tal-vittmi.
Celi kompla jgħid li d-data għad trid tiġi stabbilita.

Meta tkellem ma’ Radju Vatikan, Estrosi qal li l-ġest tal-Qdusija Tiegħu imlih bl-enerġija li kien jeħtieġ biex jissokta bil-ħidma tiegħu f’din is-sitwazzjoni diffiċli.
Estrosi qal ukoll li t-telefonata tal-Papa ikkonfortat lill-eluf ta’ nies li qed isostnu l-familji tal-vittmi.

“Id-dehra tal-fjuri, l-ittri u l-ġugarelli li tpoġġew tul ix-xtajta biex isellmu lill-vittmi hija dehra li ma tistax tintnesa malajr, iżda l-kliem tal-Papa u s-sotenn li offra, itaffu din il-memorja terribbli u jagħtu s-saħħa u t-tama lil kulħadd ,” qal Estrosi.

Categories: Aħbarijiet, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: