Il-Wi-Fi


Patri Mario Attard OFM Cap

Il-Wi-Fi. Qabża oħra kbira fil-qasam tat-tekonoloġija tal-informatika. Meravilja tal-moħħ maħluq tal-bniedem.

U bir-raġun! L-għaliex bis-saħħa ta’ wireless adapter fuq il-komputer, l-iPad jew smart phone flimkien ma’ wireless router u s-settings mitluba jkunu installati sewwa tkun tista’ tidħol fl-Internet. Illum it-tekonoloġija wireless hija imxerrda sewwa. Tant hu hekk li tista’ tkun imqabbad jew imqabbda mal-Internet kważi kullimkien. Jiġifieri fid-dar, fuq ix-xogħol, fil-libreriji, fl-iskejjel, fl-ajruporti, fil-hotels u, saħansitra f’xi wħud mir-restoranti wkoll. Imbasta tkun f’Hotspot fejn l-aċċess għal Wi-Fi isir possibbli.

Dan l-aħħar smajt esperjenza li seħħet barra minn Malta li ġagħlitni aktar nara r-rabta tal-Wi-Fi mal-ħajja ta’ ruħna. Żgħażugħ nieqes mid-dawl kuljum joħroġ jagħmel passejn. Għalkemm għandu din id-diżabilità dan iż-żgħażugħ huwa ta’ eżempju kbir għan-nies tal-inħawi fejn jippassiġġa. Meta jaqsam it-triq u jgħaddi minn quddiem il-Knisja dan iż-żgħażugħ dejjem irodd is-salib.

Din l-istorja vera saħħrittni l-għaliex dan iż-żgħażugħ il-Wi-Fi spiritwali tiegħu jaħdem. Minkejja l-isfida li għandu quddiemu xorta waħda baqa’ jemmen. U jipprattika dak li jemmen. Kien hemm min staqsa: “Kif jintebaħ li jkun għaddej minn quddiem il-Knisja?” Għalkemm tweġiba għal din il-mistoqsija m’għandix inħoss li spiritwalment dan iż-żgħażugħ huwa sod. Jaf li mingħajr l-għaqda tiegħu mal-Mulej ma jistax jimxi fil-ħajja. Għalhekk iħoss il-ħtieġa li jkellmu, jikkomunika miegħu, isellimlu.

X’kuntrast hux ma’ persuni li, għalkemm għandhom dak kollu li jridu fil-ħajja, xorta waħda lill-Mulej tawh il-ġenb. Persuna darba qaltli li meta fuq il-post fejn qed taħdem ħadet magħha Kurċifiss jew santi sbieħ kbar ta’ Ġesù u Marija biex jitwaħħlu l-proprjetarji qattgħuhom. U ramewhom. U din il-persuna, l-għaliex tassew temmen fil-Mulej, ġabrithom u qegħdithom f’post ta’ ġieħ f’darha. Tgħid l-għaliex hux xi nies jaslu biex jaqtgħu l-kuntatt tagħhom mal-Mulej? Is-Service Provider ta’ ruħhom?

Għalkemm ir-raġunijiet jistgħu jkunu ħafna irridu inwaħħluha f’rasna li jekk fil-ħajja irridu nimxu bilfors irridu nkunu maqgħuda mal-Għajn ta’ ħajjitna, il-Mulej. Ma nafforjdax ma nkunx online mal-Mulej! Il-ferħ, il-paċi, il-barka insibha biss online. U aktar ma nkun online aktar il-Mulej ħa jagħmilli updatings. Aktar se jġeddidni fl-Ispirtu tiegħu.

Nammetti li aktar ma nkun online aktar se nkun attakkat u attakata mill-Hacker, ix-xitan. Dan dejjem jipprova jitfagħli dak il-virus li jiġġamjali ruħi. Almenu għal xi żmien. Imma ejja ma nibżax tafx! Illum hawn antivirus tassew tajbin. Speċjalment l-antivirus li joffru s-sagramenti qawwijin tal-qrar u t-tqarbin. Bihom dejjem se nkun imħejji u imħejjijha biex nitqabad u, bil-għajnuna tal-grazzja ta’ Alla, nirbaħ il-ħażen ta’ ġo fija u ta’ madwari.

Filwaqt li nkun imqabbad mal-Mulej bil-cable huwa tajjeb li l-Mulej, ta’ Service Provider għaqli li hu, ma jridx iħallini f’post wieħed. Iridni inħuf l’hawn u l’hemm. Ħalli nevanġelizza! Ħalli, bi kliemi u b’għemili, inkun xhieda tal-offerti sbieħ li l-Mulej għandu għalina l-bnedmin online. U għal min jaħseb li l-Ispirtu ta’ Alla jaħdem bil-cable biss hawn vers mill-isbaħ li jurina kemm il-Mulej irid minn qalbu jaħdem bil-Wi-Fi. Għax jaf li bih jaqbillu!

“Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missieru ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien” (Mt 28:19-20).

Li kieku dan il-vers Wi-Fi fil-Bibbja ħafna ma emmnuhx kieku aħna l-Maltin m’aħniex Insara. San Pawl żgur li kien subscriber tal-Wi-Fi tal-Mulej. Ara kemm ġera ma’ pajjiżi biex idaħħalhom online mal-grazzja ta’ Alla. Inkluż lilna l-Maltin. Imma ejja ma niġrux! Anki f’pajjiżna hawn bżonn min ikun subsriber tal-Wi-Fi tal-Mulej f’għadd ta’ postijiet. U tiskanta bil-Hotspots li hawn! Kemm hawn qlub ħerqana li jidħlu mal-Mulej online!

Irridu inkunu int u jien sieħbi li ngħinuhom. Li nirreklamaw il-prodott li online ma’ Ġesù Kristu jaqbillek! Għaliex hu biss tassew jgħidlek b’għemilu: “[Ismek] jiena nafda fik!” Bil-Wi-Fi jaqbillek!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: