Home > Riċensjoni, Ġenerali > Sejħulha “Sultana tal-Familja”

Sejħulha “Sultana tal-Familja”


Madonna Ta’ Pinu, April-Ġunju 2016, Nru 177

Il-ħarġa ta’ April-Ġunju 2016 tar-rivista Madonna Ta’ Pinu għandha bħala tema tagħha t-titlu “Sultana tal-Familja”, li San Ġwanni Pawlu II fl-1995 kien żied mal-Litanija Lawretana u l-Papa Benedittu XVI, fiż-żjara tiegħu f’Malta fl-2010, irrakkomanda biex bih insejħu lill-Madonna Ta’ Pinu.

mtpDin hi t-tema wkoll ta’ waħda mill-ħames niċeċ li jgħinu lill-pellegrin jidħol fl-ispirtu ta’ talb hekk kif iterraq fil-mixja spiritwali tiegħu lejn is-Santwarju. Fil-fatt, f’din il-ħarġa r-Rettur Dun Gerard Buhagiar jagħti t-tifsira teoloġika wara s-simboliżmu artistiku ta’ dan l-affresk li jagħmel parti mill-Mixja tal-Pellegrin.

Din il-ħarġa, li hi n-numru 177, fiha bosta artikli li jiffokaw fuq is-suġġett imsemmi, li jorbot ukoll mal-aħħar Eżortazzjoni appostolika li tana l-Papa Franġisku, Il-ferħ tal-imħabba. Fil-fatt, ta’ min jaqra r-riflessjoni ta’ Mons. Isqof Mario Grech fuq l-importanza li dan id-Dokument maġisterjali jagħti lill-kuxjenza f’deċiżjonijiet importanti għall-ġid tal-familji tagħna.

Għal min jixtieq jaf kif tidħol il-Madonna f’dan id-dokument tal-Papa Franġisku fuq il-familja, jaqra l-ewwel parti ta’ studju interessanti ta’ Mons. Renato Borg. Tal-istess awtur hu wkoll artiklu mit-tagħlim tal-Papa dwar il-Verġni Marija “Għalliema tal-Familja”.

Għall-qarrejja tal-lingwa Ingliża, Dun Dominic M. Sultana jagħti titwila lejn is-servizzi offruti mis-Santwarju lill-familji Maltin u Għawdxin, li tassew jistgħu jsibu kenn u faraġ taħt il-mant ta’ Ommna Marija.

F’din il-ħarġa qed issir ukoll preżentazzjoni tal-proġett tal-Misteri tar-Rużarju fuq iz-Zuntier

tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, li fi ftit xhur oħra se nibdew naraw it-twettiq tiegħu. L-ispjega teoloġika jagħtiha Dun Roberto Gauci, li flimkien ma’ Patri Marko Ivan Rupnik sj, id-Direttur taċ-Ċentru Aletti ta’ Ruma, qed jaħdem fuq il-mużajċi. Jidhru wkoll għall-ewwel darba xi abbozzi. Dan hu kontribut importanti biex in-nies tagħna tista’ tibda tifhem minn issa l-ħsieb spiritwali wara proġett ta’ din il-portata li sa jara z-Zuntier tas-Santwarju jinbidel tassew f’oasi Marjana ta’ talb u paċi.

Il-ħarġa tirreklama wkoll il-Wirja Mater Misericordiæ miftuħa fid-Dar Karmni Grima, mit-18 ta’ Ġunju sal-21 ta’ Awwissu.

Dan u aktar tagħrif mis-Santwarju f’din il-ħarġa, li kopji kif ukoll abbonamenti tagħha jinkisbu mis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb, Għawdex (tel: 2155 6187; email: tapinupublications@tapinu.org).

Categories: Riċensjoni, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: