Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap, Ġenerali > Manwel! Kemm taf xi tgħid!

Manwel! Kemm taf xi tgħid!


Patri Mario Attard OFM Cap

Xi xhur ilu kelli l-grazzja nattendi għal taħdita pubblika fejn issemma’ il-filosfu magħruf Franċiż, li ġej minn dixxendenza Litwana, Emmanuel Levinas. Levinas twieled fit-12 ta’ Jannar 1906 u miet fil-25 ta’ Diċembru 1995. Ħsieb Levinas sammarli moħħi u għaġilni l’ qalbi.

Levinas juża l-frażi, “li tfittex il-wiċċ tal-Ieħor”. Issa aħna, fl-ilsien Malti, għandi l-frażi: “Ma nħarisx lejn wiċċu/wiċċha iżjed!” Inkella, f’dagħdieha ta’ rabja jew weġgħa ta’ qalb, mhux l-ewwel darba li għedna: “Le! Ma jarawx wiċċi iżjed!” Issa, kliem bħal dan, iġib qerda sħiħa skont Levinas. L-għaliex?

Fil-ktieb sabiħ tiegħu Totalità u infinità Levinas jgħid hekk: “Il-wiċċ huwa preżenza ħajja. Huwa espressjoni. … Il-wiċċ jitħaddet”. Jekk taqta’! Int ħu lil ibnek jew bintek meta jiġu mill-iskola b’wiċċ imqarras. Inkella kwieti għall-aħħar. Mill-ewwel tintebaħ li l-affarijiet ma jkunux sejrin sewwa. Inkella meta r-raġel jew il-mara iqumu bil-geddum. Mill-ewwel tgħid: “U dan x’għandu għodu għodu? X’ġaralu? X’inqalalha?” Hekk hu ħbieb! Il-wiċċ huwa espressjoni ta’ niket jew diżappunt li jkun qed jinħema minn ġewwa.

Issa wiċċi u wiċċek għalfejn qiegħdin hemm? Biex sempliċiment nibżawhom? Jew biex ineħħulhom it-tikmix? Tkun tassew ħasra jekk nieqfu fuq hemm biss! L-għaliex, meta jiġrilna hekk, inkunu qiegħdin nuru kemm ma fhimna xejn minn ħajjitna. Levinas jgħidilna hekk fil-ktieb tiegħu Totalità u infinità: “Il-wiċċ ikellimni u b’hekk jistedinni għar-relazzjoni”. Mela, fi ftit kliem, meta tarani b’wiċċi imqarras, taħrabnix! Tħallinix waħdi f’dik il-qrusa! Tinjoranix! Ieqaf u ejja ara xi ġrali! L-għaliex dak il-wiċċ, li soltu ma jitqarrasx, qed jibkilek bil-ħniena biex tieqaf u tiftaħ djalogu miegħi. Nifhmek. Forsi f’dak il-mument mhux se jkun le d-djalogu li int qed tistenna. Jaf ikun djalogu mqanżaħ. Inkella ta’ skossjaturi fil-kliem. Jaf ikun djalogu fejn, bħas-sulluzzu, nieqfu wara kull kelma. Kull espressjoni tal-wiċċ. Inkella tal-ġesti. Imma, nerġa’ ngħidlek, taħrabnix! Ieqaf! Poġġi bilqiegħda! Ismagħni!

L-għaliex il-wiċċ iġib miegħu obbligazzjoni! X’jiġifieri? Levinas jikteb hekk: “Il-wiċċ jiftaħ id-diskors bażiku li l-ewwel kelma tiegħu hija obbligazzjoni”. Imma x’obbligazzjoni? Jissokta Levinas: “Il-wiċċ jippreżenta lilu nnifsu, u jitlob ġustizzja”. U x’ġustizzja? Għal Levinas din il-ġustizzja m’hija xejn għajr dik li tagħti l-wiċċ lil min fis-soċjetà m’għandux wiċċ. L-għaliex jeżiżti biss bħala numru imma mhux bħala persuna. Levinas jsemmi “lill-barrani, lill-iltim u lill-armla” (Dt 26:12). Mela lill-iskart tas-soċjetà.

Imma l-barrani huwa biss ir-refuġjat? Dak ta’ karnaġġjon jew ilsien differenti minn tagħna? L-iltim u l-armla huma dawk biss li tilfu lil xi ħadd għażiż bil-mewt? Kemm hawn persuni li jħossuhom refuġjati f’darhom stess! Persuni li, meta jitfgħu ċ-ċavetta fis-sokra tal-bieb ta’ barra, jafu li se jidħlu f’infern! Kemm hawn nies li, minflok se jsibu min jilqagħhom b’tgħanniqa inkella b’bewsa la jaslu f’darhom se jkollhom jisimgħu b’widnejhom xebgħa ilsien kif tmiss il-liġi! Kemm hawn persuni li, fil-familja tagħhom stess, iħossuhom romol u iltiema l-għaliex jew il-ġenituri tagħhom ma jridux jafu bihom. Inkella l-għaliex uliedhom, wara li ħadu dak li riedu minn għandhom, ħelsu minnhom. Iżolawhom. U hekk, dawn l-imsejkna anzjani, iħossuhom skart f’darhom stess!

Għandna bżonn infittxu l-wiċċ ta’ ħaddieħor ħbieb? Ejja ma mmorrux ‘il bogħod! Il-missjoni irridu nibdewha f’artna stess. Fil-familji u fil-komunitajiet reliġjużi tagħna. L-għaliex ħadd ma jista’ jibqa’ jgħix aktar il-ħarba mill-wiċċ. Li jien nippreferi t-tarmak tal-art milli ‘l wiċċek. Le! Irrid nieqaf inkun iprokrita! Ħa nħares lejn wiċċek! L-għaliex wiċċek jistedinni nisimgħek. Nagħtik id-dinjità li tixraqlek. U hekk int, fil-verità kollha, tibda’ tħares lejn wiċċi ħa tiftakar li int ukoll trid tieħu ħsiebi! Għax wiċċi u wiċċek ġejjin minn Wiċċu! Wiċċ il-Mulej!

Għalhekk, ħa nitolbu mas-salmista: “Jien wiċċek infittex, Mulej. La taħbix wiċċek minni, la twarrabx bl-herra l-qaddej tiegħek. Inti l-għajnuna tiegħi; tħallinix u titlaqnix” (Salm 27:8-9).

Manwel! Kemm taf xi tgħid!

 

  1. Jane Said
    June 12, 2016 at 7:47 am

    Fiha x’tahseb Fr.Mario, mhux bizzejjed taqrah imma trid tahseb fuqha u tghamilha tieghek. Veru ir romol ta’ min jiehu hsibhom, u l-anzjani…… Jiena kwazi nibki meta Nara il familjari ma jfisduhomx…. rajt hafna li jzommuhom qishom pupi, imdawwra bl-indafa u kura mimlijja imhabba u dedikazzjoni. Ta’ min jfahhar dawk li jiehdu hsibhom ghax jaghmlu sagrificji kbar u jkollom ghejja kbira fuqhom. Il Mulej jhallashom, ghax hekk weghdna li kull am naghmlu ma kull wiehed miz-zghar, nghamluha lilu.
    Berikna

  2. Antida DeBattista
    June 5, 2016 at 2:14 pm

    PROSET FATHER MARIO xi Gmail u VERITA ta Artiklu. Ghamilt sewwa semmejt lil ARmla ghax hadt ma jsemija ! Fil knisja fil Quddiesa wkoll ma tissemihiex. Ma jafux kemm thoss a waheda meta Tithonus go darha. Grazzi hafna ta lispjegazjoni li Tagamet fuq LAIKOs. Snelling ghalik Antida

    Sent from my iPad

    >

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: