Il-Pitma!  


Patri Mario Attard OFM Cap

Abbli tafu. U tafha. U meta tarah jew taraha, imsarnek jinżlu direttament f’saqajk. U jaf ikollok seba’ mitt sena sabiex jgħib u tgħib minn quddiemek!

Iħobb kollox eżatt! Ħa ngħidu hu ħa, la ġiet hekk! “Ara fejn tpoġġi dik!” “U fejn tagħmel l-oħra!” “Timxix l’hemm!” “Għadni kemm imsaħt u terġa’ ittappanhuli!” “U ara tgħaddili minn nofs!” “Għaliex, jekk tagħmel hekk, nifqa’ kullimkien bl-għajjat!” “Huwa jiena hu li naħsel Sur So and So!” “U int hemm! Tara t-tablet! Inkella dik il-kaxxa tat-televiżjoni! Hekk sew eh! Jiena nitbagħal u int tixxaħxaħ!”

Imbagħad ġejna għall-ikel. Fettilli nieħu biċċa ġobon b’idi. Avolja ħsilthom fuq li ħsilthom qabel. Ma! Ġiet l-aħħar tad-dinja! Għajjat fuq li għajjat! “U mela aħna l-ħnieżer tiegħek x’kull waħda?” Ħarist lejn is-saqaf. U, ikolli ngħid, rajt ix-xquq! L-għajta kien qawwija. Tal-biża’. Annimaleska! La issa ħarġet! U mela lin-nies hekk tkellimhom?

U lanqas jekk ma tkellimhomx hekk. Mhux xorta hemm problema? U mela l-għaliex tolqot biċċa ħobż b’minkbejk hemm bżonn li tagħmel storja x’kull waħda? Qisni xi mniġġeż. U mniġġża! U ejja! Ma nesaġerawx man. Iġġibx il-problema li hemm fik fuqna! Mur sewwi moħħok fil-każ! Għax miegħek ħa ġġennen lilna!

U wara ilkoll spiċċajna mill-ikel. Emmnuni jekk ngħidilkom, tgħid niżilli? Ma nafx! Madankollu ħaġa naf: li qabadni t-tferfir. Ismagħha x’tordna! “Mhux hekk? L-ewwel għamel hekk u mbagħad għamel hekk! Iva hi. Bil-mod! Tini ċans almenu sakemm jinżilli l-ikel! Naqra ikel bellajthieli!”

U mbagħad jaqbeż il-kontrabaxx! “Int xejn ma tapprezza! Għamiltlek ikla bħal din! Qomt minn sbieħ Alla nħejjijlek! Tarax! Hawn ġew tagħmel kemm tagħmel dejjem taqlagħha!” U addijo l-Għid il-Kbir! U l-Għid il-Ħamsin! Lapsi! Jew il-festa tar-raħal! U le! Dik it-tħejjija kollha biex mbagħad kollox jisfuma bit-tgergir u l-ġlied.

“Imma mhux hu Patri! Ma japprezza xejn!” U, “mhux hi Patri! Il-ħin kollu tgerger!” Madankollu, waqt li npoġġi idi ma’ geddumi, u nħares fil-baħħ ta’ quddiemi, nasal li ngħidilkom ħaġa: X’inhu tassew importanti fil-ħajja ikla tajba kif tmiss il-liġi imbagħad agħmel hekk, u agħmel hekk, u tagħmilx hekk? Jew biċċa ħobż biż-żejt u t-tadam u, jekk tħossok li għandek tuża’ idejk, li huma magħrfa tal-fidda, tużahom?

Ikolli ngħid aħjar niekol kif inħossni komdu milli b’ħafna riġiditajiet. Għall-erwieħ! Mela minix tajjeb mal-partit tal-Fariżej u s-Saduċej. Jaqq! Dawn sieħbi kien moħħhom fis-suppost. Imma bis-suppost biss jirbaħna x’imkien li ma nieħux gost insemmieh. Jirbaħna l-mard f’moħħna! U mela intom taħsbu li d-dinja hija kbira ta’ xejn x’kull waħda? Hija kbira biżżejjed biex dak li jkun ikollu l-libertà kollha li għandu jkollu.

Ħbieb! Il-libertà m’hemmx isbaħ minnha. Is-suppost imarrad. L-irqaqat iġennu. U l-bniedem, aktar ma tħallih liberu, anki kif jiekol, aktar se jgawdi dak li tpoġġilu quddiemu. Mhux veru li meta tħalli lil ħaddieħor jiekol bil-libertà tiegħu int se tħossok ħanżir u ħażira tiegħu. Jista’ ikun li, bil-pulitizza u l-fittaġni tiegħi, jiena nkun li qed nagħmel lil ħaddieħor iħossu ħanżir. Għaliex ħanżir insir jien meta nsir skjav tad-djuq ta’ moħħi! Tas-suppost! Tal-manners!

U le sieħbi! Ħallik mid-djuq. Mis-suppost. Ħalli lil ħaddieħor ikun hu! Bħalma jagħmel Ġesù li jara l-qalb u mhux bħall-Fariżej faċċoli li jaraw il-manners!

Tkunx Pitma!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: