Home > Ġenerali > IS-SOLENNITA’ TA’ SAN ĠUŻEPP

IS-SOLENNITA’ TA’ SAN ĠUŻEPP


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

Mt 1,16-24 –­  II Sam 7,4-5.12-16 – Rum 4,13.16-18.22

“O Alla li tista’ kollox, inti fdajt il-misteru tas-salvazzjoni, sakemm kien għadu fil-bidu tiegħu, taħt il-ħarsien fidil ta’ San Ġużepp; agħmel li, bit-talb tiegħu, il-Knisja tiegħek taqdi dejjem dan il-misteru, sa ma jseħħ għalkollox.”

Fit-talba tallum il-Knisja tħares lejn Ġużeppi ta’ Nazaret u tiftakar fil-“misteru tas-salvazzjoni” li bil-ħarsien tiegħu San Ġużepp kien fdat hawn fuq l-art.

Il-misteru tas-salvazzjoni hu Ġesù Kristu nnifsu. Dal-misteru ngħatalna f’Marija u għadu jiġi offrut lilna fil-Knisja. Bit-talba tallum il-Knisja qed tgħallimna li d-don tas-salvazzjoni nafuh lil Ġużeppi għax kien permezz tiegħu li Kristu ngħatalna, Marija setgħet tkompli r-rieda tal-Missier u li l-Knisja setgħet tibda fostna l-missjoni tagħha. Mhux ta’ b’xejn li l-Knisja Kattolika tgħożż il-protezzjoni ta’ San Ġużepp.

F’dan l-aħħar żmien tar-Randan nitolbu sabiex kif San Ġużepp b’imħabbtu assista mis-sema lil Ġesù u lil Marija fil-jiem kiefra tat-tbatijiethom, hekk ukoll mis-sema b’imħabbtu jgħin lilna biex ma nġibux fix-xejn il-grazzji li qed niċċelebraw f’dawn il-jiem ta’ salvazzjoni.

Categories: Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: