Home > Ġenerali > Ir-Raba’ u Tletin Jum tar-Randan

Ir-Raba’ u Tletin Jum tar-Randan


Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IS-SIBT TAL-ĦAMES ĠIMGĦA

Ġw 11,45-56 – Eż 37,21-28

“O Alla, int issalva lill-bniedem f’kull żmienimma issa qiegħed tferraħ lill-poplu tiegħek b’kotra iżjed kbira ta’ grazzjidawwar l-għajnejn tiegħek ta’ ħniena lejn dan il-poplu li int għażilt għalik, u żomm taħt il-ħarsien u l-għajnuna tiegħek lil dawk li sejrin jieħdu, jew diġa’ ħadu, it-twelid ġdid bil-magħmudija.

[Illum l-istazzjon Ruman għat-talb tar-Randan hu  l-knisja antika ta’ San Ġwann l-Evanġelista magħrufa bħala “ante Portam Latinam”. Inbniet fis-seklu 6 biex tfakkar il-martirju tal-appostlu mgħolli fiż-żejt imma meħlus minn Alla biex, fil-gżira ta’ Patmos, jikteb “Ir-Rivelazzjonijiet”.]

Din tallum hi l-aħħar talba tar-Randan qabel ma nidħlu fil-ġimgħa mqaddsa. Illejla nkunu fil-vġili tal-Passjoni tal-Mulej, biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm għada.

Hi talba, din tallum, li tiġbor fiha ċ-ċertezza tagħna f’Alla li jrid isalvana, il-ferħ tagħna għall-kotra ta’ grazzji li qed jagħtina u t-tama tagħna li niżdiedu fl-għadd b’dawk li fil-Vġili tal-Għid se jieħdu twelid ġdid bil-Magħmudija.

Hi talba, din li qed nagħmlu dolgħodu, biex Alla jibqa’ jħenn għalina li bil-Magħmudija sirna l-poplu tiegħu u biex iħares l-aktar lil dawk li l-Magħmudija għadhom iridu jirċevuha.

Hi talba, fuq kollox, biex inħossu l-ferħ ta’ min irċieva l-grazzja tal-ħelsien mill-ġibda għall-ħażen, mill-ħakma tad-dnub u mill-periklu tal-infern.

Categories: Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: