Home > Ġenerali > It-Tlieta u Tletin Jum tar-Randan

It-Tlieta u Tletin Jum tar-Randan


Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IL-ĠIMGĦA TAL-ĦAMES ĠIMGĦA

Ġw 10,31-42 – Ġer 20,10-13

“Aħfer, Mulej, il-ħtijiet tal-poplu tiegħek, u, fit-tjieba tiegħek, ħollna minn kull irbit ta’ dnub li fih waqajna ta’ bnedmin dgħajfa li aħna.”

[Li-“statio” tat-talb kwareżimali f’Ruma għallum huwa dak ta’ “Santo Stefano al Celio” – bażilika ddedikata lill-ewwel martri li nbniet fis-seklu 5 fuq l-għolja “Caelio”.  Hi tempju monumentali li jixbah lis-Santu Sepulkru f’Ġerusalemm, maż-żmien imċekkna imma bi ġmiel sagru li ma ntilifx.]

Fit-talba tagħha llum, bħal tant drabi, il-Knisja tistqarr li l-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesu’ Kristu kellhom bħala skop il-maħfra ta’ dnubietna.  Dawn il-misteri ta’ Kristu għadhom magħna fil-Quddiesa.

Dan ifisser li l-Quddiesa, qabel ma hi mejda ta’ komunjoni għal dawk li jinsabu fil-grazzja t’Alla, hi altar tas-sagrifiċċju għal dawk li jinsabu fid-dnub. Il-Quddiesa hija sejħa sabiex immorru fil-konfessjonarju, nistqarru dnubietna, u nitolbu l-maħfra għalihom. Iva, kulħadd, anki min jinsab fid-dnub, jista’ jieħu sehem fis-sagrifiċċju tal-Quddiesa bil-fidi u d-devozzjoni. Imbagħad, wara l-maħfra permezz tas-Sagrament tal-Qrar, nistgħu nersqu wkoll għall-mejda tal-komunjoni, jiġifieri għat-tqarbin

Nitolbu mal-Knisja llum, fit-tifkira tradizzjonali tal-Addolorata, biex għat-talb ta’ Marija ommna, inħallu l-Mulej iħollna minn kull irbit ta’ dnub li waqajna fih ta’ bnedmin dgħajfa li aħna.

Categories: Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: