Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > It-Tnejn u Tletin Jum tar-Randan

It-Tnejn u Tletin Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

Il-ĦAMIS TAL-ĦAMES ĠIMGĦA

Ġw 8,51-59 – Ġen 17,3-9

“Ieqaf magħna, Mulej, fit-talb umli tagħna, u żommilna sħiħa t-tama li aħna nqiegħdu fil-ħniena tiegħek: naddafna mit-tbajja’ ta’ dnubietna biex sa l-aħħar nibqgħu ngħixu ħajja qaddisa u nkunu werrieta tal-wegħdiet tiegħek.”

[Il-knisja magħrufa bħala “Sant’Aponillare”, fl-inħawi ta’ Pjazza Navona, tinsab fejn qabel kien hemm il-banjijiet ta’ Neruni, imma hi ħafna aktar tardiva minn dawn. Telgħet fis-seklu 18 meta l-influwenza Biżantina ta’ Ravenna fuq Ruma kienet qawwija. Hi ddedikata għall-ewwel isqof ta’ Ravenna.]

Fit-talba tagħha għallum, il-Knisja donnha titlob kollox f’daqqa. Titlob minn Alla li jieqaf magħha fit-talb. Titolbu biex iżommna sħaħ fit-tiġrib. Titolbu biex inaddafna mit-tbajja tad-dnub. Titolbu biex jgħinna nibqgħu ngħixu ħajja qaddisa u titolbu fl-aħħarnett biex jagħmilna werrieta tal-wegħdiet tiegħu.

Dan it-talb kollu jeħtieġ li aħna nagħmluh b’umilta’. Għax x’inhu l-essenzjali fit-talb? L-essenzjali hu li aħna, waqt li nħossuna li m’aħna xejn quddiem Alla u li niddependu f’kollox minnu, nagħarfu wkoll li jeħtieġ li nagħmlu l-almu li “x-xejn” tagħna jippermettilna biex nobdu lil Ġesu’ li jrid jisma’ t-talb tagħna u jgħidilna x’għandna nagħmlu biex nidħlu ħdejh fil-ġenna.

Illum hu s-seba’ u l-aħħar jum tas-settiena tad-Duluri. Quddiemna naraw lil Marija deżolata, ħdejn il-qabar magħluq ta’ binha Ġesù. Nitolbu l-għajnuna tagħha biex ma niżolaw ruħna qatt minn Alla, minn binha Ġesù u minnha.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: