Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > Is-Sitta u Għoxrin Jum tar-Randan

Is-Sitta u Għoxrin Jum tar-Randan


IL-ĦAMIS TAR-RABA’ ĠIMGĦA

Ġw 5,31-47 – Es 32,7-14

“O Alla, inti tħobb is-safa u troddulna mill-ġdid jekk nitilfuh; mexxi lejk il-qlub tagħna

u ħeġġiġna bl-ispirtu qaddis tiegħek.” 

[Li-“statio” tallum hu assenjat lil knisja, “San Martino ai Monti”, li oriġinarjament kienet telgħet f’post fejn, fil-bidu tas-seklu 4, il-kleru Ruman kien ħaraq il-kitbiet ta’ Arjanu kontra d-divinita’ ta’ Kristu. Tallum hi binja rinaxximentali li fiha ġew mgħaqqda  żewġ knejjes rispettivament f’ġieħ San Silvestru, papa,  u San Martin, isqof ta’ Tours.]

Fit-talba tallum il-Knisja xxandar verità importantissima: Alla jrid jiġbed il-qlub tagħna lejh. Għalhekk, Alla hu lest li jħeġġiġna bl-Ispirtu tiegħu u hu lest ukoll li jagħtina s-safa tal-moħħ u tal-qalb li għandna bżonn biex nimxu u naslu għandu.

Jonqos biss min-naħa tagħna li nitolbuh il-grazzja tas-safa, jiġifieri l-għajnuna tiegħu biex niżbarazzaw ħajjitna minn kulma jfixkilna milli naraw lil Alla u nimxu fl-imħabba tiegħu. Hu appuntu għalhekk li huma importanti l-għemejjel qaddisa ta’ żmien tar-Randan.

Ma ninsewx li kull talba hi ukoll impenn. Inkunu nidħku bina nfusna jekk nitolbu lil Alla jmexxi l-qlub tagħna lejh u mbagħad ma nagħmlux ħilitna biex nersqu lejn Alla.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: