Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > Il-Ħamsa u Għoxrin Jum tar-Randan

Il-Ħamsa u Għoxrin Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

L-ERBGĦA TAR-RABA’ ĠIMGĦA

Ġw 5,17-30 – Is 49,8-15

O Alla, inti tagħti l-premju lit-tajbin għall-merti tagħhom, u l-maħfra lill-midinbin għall-indiema tagħhom; fiċ-ċokon tagħna nitolbuk tħenn għalina, biex nistqarru li aħna ħatja, u hekk naqilgħu l-maħfra ta’ dnubietna.”

[Hu dak ta’ “San Paolo fuori le Mura” l-istazzjon, jiġifieri l-waqfa penitenzjali marbuta mal-ġurnata tallum. hu t-tempju li Kostantinu kien tella’ fuq il-qabar tal-Appostlu Pawlu, fil-post fejn kien ukoll ġie martirizzat. Bażilika monumentali, knisja nobbli, imkien qaddis.]

Bħal bosta talbiet oħra tar-Randan, it-talba tallum ukoll tibda bi stqarrija ta’ fiduċja f’Alla li “jagħti l-premju lit-tajbin għall-merti tagħhom”. Għax Alla jara u japprezza l-għemejjel qaddisa tagħna. U għalkemm xejn ma nistgħu nagħmlu mingħajr l-għajnuna tiegħu, Alla jippremjana minkejja li fil-verita’ hu jkun qed jippremja lill-istess grazzja tiegħu fina.

L-akbar premju li jagħtina hu dak tal-ħbiberija miegħu. Jarana niedma u jaħfrilna. Jarana niċċekknu quddiemu u jħenn għalina. Jarana nistqarru ħtijietna u jħabbibna miegħu.

San Pawl kellu esperjenza kbira tal-maħfra ta’ Alla. Kien midneb u jippersegwita lill-Knisja imma Ġesù offrielu l-ħbiberija u hu mhux biss laqagħha imma sar ministru tagħha. Nitolbu biex inkunu għal xulxin ministri tal-maħfra u tal-ħbiberija m’Alla.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: