Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > L-Erbgħa u Għoxrin Jum tar-Randan

L-Erbgħa u Għoxrin Jum tar-Randan


IT-TLIETA TAR-RABA’ ĠIMGĦA

Ġw 5,1-3a.5-16 – Eż 47,1-9.12

“It-taħriġ qaddis tar-Randan, Mulej, iħejji sewwa l-qlub tal-fidili tiegħek biex jilqgħu kif jixraq il-misteru ta’ l-Għid u jxandru b’tifħir is-salvazzjoni tiegħek.”

[Illum il-komunita’ storika tal-Insara f’Ruma tistedina nieqfu fil-knisja ta’ “San Lorenzo in Damaso” jiġifieri fil-knisja li l-Papa San Damasu kien waqqaf fid-dar tiegħu – għalhekk “in Damaso” –  appuntu fejn tinsab il-knisja llum, mhux ‘il bogħod mill-Vatikan.]

Il-Knisja llum tistedinna nitolbu l-grazzja ta’ qalb miftuħa għal Alla. Alla jrid jiġi ġo fina permezz ta’ Ibnu Ġesù fil-misteru tal-Għid tiegħu. Irid jiġi fina  bħalma daħal fil-qalb ta’ l-appostli miġbura fiċ-Ċenaklu qabel il-mewt u wara l-qawmien tiegħu.

Qabel il-passjoni u l-mewt tiegħu fuq is-Salib, ġoċ-Ċenaklu, Ġesù talab lill-appostli biex jiftħu qalbhom għall-grazzja trasformatriċi tiegħu sewwasew meta  ordnalhom biex iħobbu lil xulxin kif ħabbna hu. Wara l-qawmien tiegħu Ġesù ttrasforma wkoll l-għemil tal-appostli meta, mill-ġdid ġoċ-Ċenaklu, fetħilhom qalbhom għall-Ispirtu tiegħu u għamel minnhom xandâra tas-salvazzjoni.

Illum nitolbu sabiex, waqt li qed nagħmlu t-taħriġ tar-Randan, Alla jiftaħ lilna wkoll lil qalbna kemm biex nilqgħu fina l-grazzja tal-Għid u kemm biex insiru xandâra tagħha. B’hekk inkunu qed nobdu tabilħaqq il-kmandament tal-imħabba.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: