Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > It-Tlieta u Għoxrin Jum tar-Randan

It-Tlieta u Għoxrin Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IT-TNEJN TAR-RABA’ ĠIMGĦA

Ġw 4,43-54 – Is 65,17-21

“O Alla, inti ġġedded id-dinja bis-sagramenti tiegħek tal-għaġeb: agħmel li l-Knisja tikseb kull ġid minn dawn il-mezzi tal-ħajja ta’ dejjem, u li qatt ma tkun nieqsa mill-għajnuna tiegħek għall-ħajja ta’ issa.”

[Li-“statio” tallum hija l-knisja tal-“Quattro Coronati” mibnija fis-seklu 7 f’ġieħ erba’ qaddisin jisimhom Kastorju, Sinfronjanu, Klawdju u Nikostratu li ġarrbu l-martirju taħt Djoklezzjanu u ħamsa oħra li nqatlu għax ma ridux inaqqxu xbihat ta’ idoli pagani.Dil-knisja antika tgħaqqada spiritwalment ma’ dawk ħutna li fettxew il-vera glorja t’Alla u mietu jħarsuha.]

Fit-talba tagħha tallum il-Knisja tingħaqad max-xewqa t’Alla li jġedded id-dinja. Id-dinja hija aħna. Il-kelma “dinja” fil-vokabolarju Nisrani ġeneralment tfisser id-dinja abitata, mgħammra bil-bnedmin. It-tiġdid tad-dinja li jrid Alla hu t-tiġdid tagħna l-bnedmin.

Hu sewwasew għalhekk li fit-talba tagħha l-Knisja timpenja ruħha li, partikolarment fir-Randan, taħdem m’Alla għat-tiġdid tad-dinja permezz tas-Sagramenti, li huma “tal-għaġeb” appuntu għax l-oriġini u l-effetti tagħhom huma tal-għaġeb. Is-Sagramenti għandhom fihom il-qawwa t’Alla, qawwa li ssaffina u tqaddisna u tagħmilna mogħġuba minnu.

Fil-mument li aħna nilqgħu s-Sagramenti u nsiru mogħġuba minn Alla, is-Sagrament jsiru għalina tabilħaqq “il-mezzi tal-ħajja ta’ dejjem” li huma. U Alla m’hu se jħalli l-Knisja qatt nieqsa mill-għajnuna tiegħu permezz tagħhom.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: