Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > It-Tnejn u Għoxrin Jum tar-Randan

It-Tnejn u Għoxrin Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IS-SIBT TAT-TIELET ĠIMGĦA

Lq 18,9-14 – Hos 6,1-6

“Il-ħarsien tar-Randan imqaddes, Mulej, jimla lil ruħna bil-ferħ: nitolbuk biex bis-sehem sħiħ tagħna fil-misteru ta l-Għid, nithennew bil-frott kollu tiegħu.”

[Illum immorru bi ħsibijietna fil-knisja ta’ Santa Susanna, il-waqfa Rumana tallum għat-talb tar-Randan. Il-knisja twaqqfet fis-seklu 4 sewwasew fejn kien hemm id-dar fejn jingħad li ż-żagħżugħa Susanna u membri oħra tal-familja tagħha ġew martirizzati fi żmien Djoklezzjanu. Hi knisja li tevoka l-erojiżmu ta’ l-Insara f’Ruma pagana.]

Fi tmiem it-tielet ġimgħa tar-Randan, il-Knisja qed tibda tħoss il-ferħ tal-frott tal-konverżjoni u s-santifikazzjoni. Il-konverżjoni u santifikazzjoni jikkostitwixxu t-tħejjija meħtieġa biex ingawdu l-misteru ta’ l-Għid u l-grazzja sħiħa tiegħu.

It-tħejjija li għamilna sa issa trid tissokta billi nħarsu r-Randan kollu permezz tas-smigħ tal-kelma t’Alla, bis-sawm li jrażżan fina l-passjonijiet tal-ġisem, bl-għemejjel tal-ħniena u ġenerżita’ mal-foqra u partikolarment bit-talb li jgħaqqadna ma’ Alla. Nitolbu għall-fedeltà f’dan kollu ħalli r-Randan ikun għajn ta’ ferħ spiritwali.

Il-ferħ spiritwali tar-Randan jasal għall-milja fl-Għid meta niċċelebraw il-mogħdija tagħna mid-dnub għall-grazzja, mid-dlam għad-dawl u mill-mewt għall-ħajja… meta niċċelebraw il-grazzja tal-ħbiberija t’Alla magħna, id-dawl tas-sebħ ta’ Alla fuqna, il-ħajja ta’ Alla fina. Hija l-mogħdija tal-frott tar-Randan li jsir il-frott tal-Għid.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: