Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > L-Għoxrin Jum tar-Randan

L-Għoxrin Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IL-ĦAMIS TAT-TIELET ĠIMGĦA

Lq 11,14-22 – Ġer 7,23-28

“Fiċ-ċokon tagħna, Mulej, nitolbu l-kobor tiegħek biex, aktar ma jersaq il-jum tal-festa solenni tas-salvazzjoni tagħna, aktar nitħejjew tajjeb biex niċċelebraw bil-qima kollha l-misteru ta’ l-Għid.”

[L-Insara ta’ Ruma bħallum tradizzjonalment jinġabru ġol-bażilika ta’ San Kosma u San Damjan fil-qalba tal-“foro Romano” li fiż-żminijiet tan-nofs kien iffullat bi djar u nies ġo xulxin. Permezz ta’ dil-knisja tas-seklu 6 ningħaqdu spiritwalment ma’ Ruma Nisranija.]

Fit-talba tallum il-Knisja tagħmel appell lil Alla biex fil-kobor tiegħu jagħder iċ-ċokon tagħna u jgħinna fit-tħejjija spiritwali li qed nagħmlu ħalli jkun jixirqilna “niċċelebraw bil-qima kollha l-misteru tal-Għid”.

Il-kobor t’Alla jidher fl-imħabba li b’fedeltà jurina minkejja l-inkejja li nuruh bl-indifferenza tagħna. Iċ-ċokon tagħna jidher fiċ-ċokon ta’ moħħ u ta’ qalb li ma jagħarfux x’teżor kbir għandna fl-imħabba gratwita t’Alla.

Illum, mill-ġdid, il-Knisja tistedinna nagħarfu dan “iċ-ċokon tagħna” meta lil Alla ma nqimuhx (jiġifieri ma nagħarfux il-kobor tiegħu) u nagħalqu ruħna għas-salvazzjoni li jrid jagħtina. Madankollu Alla jibqa’ fidil, kbir u ħâli fil-ħniena tiegħu. U għalhekk jisma’ t-talba tagħna.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: