Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > Id-Dsatax-il Jum tar-Randan

Id-Dsatax-il Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

L-ERBGĦA TAT-TIELET ĠIMGĦA

Mt 5,17-19  –  Dewt 4,1.5-9

“Agħtina, Mulej, li bil-ħarsien tar-Randan nikbru fl-għerf, u li nitgħixu bl-ikel tal-kelma tiegħek, biex nagħrfu nitrażżnu b’ħajja qaddisa, ningħataw lilek b’qalbna kollha, u nkunu dejjem magħqudin qalb waħda fit-talb.”

[Bħallum, tradizzjonalment, il-Knisja lokali f’Ruma kienet torbot it-talb tar-Randan tagħha mal-bażilika ta’ San Sistu II, Papa u Martri, ħdejn il-katakombi ta’ San Kallistu fil-Via Appia. Dil-knisja, fundata fil-bidu tas-seklu 5, hija wiefa sewwasew fejn San Sistu kien martirizzat flimkien ma’ erba’ djakni u midfun. L-arċidjaknu tiegħu Lorenzo inqatel erbagħt ijiem wara.]

Illum nitolbu mal-Knisja sabiex is-smigħ tal-Kelma t’Alla, ir-rażan tal-ġisem u l-impenn fit-talb jagħtuna l-grazzja li nikbru fl-għerf ta’ Alla, fil-ħajja sħiħa fi Kristu u fl-għaqda ta’ bejnietna fl-Ispirtu s-Santu.

Illum il-Knisja tridna niftakru mill-ġdid fl-għemejjel li jqaddsuna kif ukoll fil-frott qaddis li għandna nistennew minnhom.  Dan il-frott hu l-għerf t’Alla li jiġi mis-smigħ tal-Kelma, il-liberta’ spiritwali li tiġi mill-ħakma fuqna nfusna u l-għaqda ma’ Ġesù u bejnietna li tiġi mill-ħajja tat-talb.

Dawn it-tliet doni, jiġifieri l-għerf ta’ Alla, il-liberta’ spiritwali u l-għaqda ma’ Kristu huma doni li neħtieġu għall-ġid tagħna nfusna u anki biex bihom nagħarfu nkunu ta’ ġid għall-oħrajn.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: