Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > Is-Sittax-il Jum tar-Randan

Is-Sittax-il Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IS-SIBT TAT-TIENI ĠIMGĦA

Lq 15,1-3.11-32 – Mik 7,14-15.18-20

“O Alla, inti tagħtina mezzi qaddisa biex, sa minn din l-art stess, iddaħħalna f’sehem fil-ħwejjeġ tas-sema; kun int li tmexxina f’din il-ħajja, u wassalna f’dak id-dawl li fih inti tgħammar.”

[Tradizzjonalment it-talba kwareżimali tallum hi marbuta mal-knisja ta’ Santi Marcellino e Pietro, knisja żgħira li tinsab bejn Santa Maria Maggiore u l-Arċibażilika Lateranensi. Kienet telgħet għall-ewwel darba fir-raba’ seklu tardiv. It-talba tallum tgħaqqadna spiritwalment mal-komunità Rumana li mistagħna b’dawn iż-żewġ martri tagħha.]

Fi tmiem it-tieni ġimgħa tar-Randan aħna li ninsabu taħt id-dalma tal-art nitolbu lil Alla “jmexxina” fid-dawl tas-sema u “jwassalna” hemm, fejn jgħammar hu. U Alla, sabiex iħaffilna dal-pellegrinaġġ tagħna – għax hu aħna li rridu nimxu! – jagħtina “mezzi qaddisa” b’għajnuna. Dawn huma s-sagramenti tal-Knisja.

Wara li rċivejna s-sagrament tal-Magħmudija li fetħilna l-bieb għas-sagramenti l-oħra, aħna għandna għad-dispożizzjoni tagħna “mezz qaddis” importantissmu. Dan hu s-sagrament li jħabbibna m’Alla – sagrament bżonnjuż ħafna ladarba sikwit nonqsu bi dnubiet venjali u forsi anki bi dnubiet mejta.

Is-sagramenti kollha huma meħtieġa, imma hu s-Sagrament tal-Qrar li jdaħħalna l-ġenna. Għax b’das-sagrament, lilna li nkunu ksirniha ma’ Alla, Alla jirrikonċiljana mill-ġdid miegħu. B’hekk, “sa minn din l-art stess”, jagħtina sehem fil-ħwejjeġ tas-sema.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: