Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > Il-Ħmistax-il Jum tar-Randan

Il-Ħmistax-il Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IL-ĠIMGĦA TAT-TIENI ĠIMGĦA

Mt 21,33-43.45-46Ġen 37,3-4.12-13a.17b-28

“O Alla li tista’ kollox, nitolbuk li bil-ħeġġa qaddisa tagħna għat-tgħakkis teħlisna minn dnubietna, ħalli naslu b’ruħ safja għall-festi ta’ l-Għid li ġejjin.”

[Li-statio tallum hija knisja antika ddedikata lil familja ta’ qaddisin martri: Vitale u martu Valerja u wliedhom Ġervażju u Protasju. Il-knisja, fundata fis-seklu V, hi magħrufa bħala l-Basilica di San Vitale,u tinsab fuq ġenb, taħt Via Nazionale. It-talba tallum hi msaħħa wkoll bix-xhieda tal-martri San Ġwann Fisher li kien kardinal titulari tagħha.]

Nitolbu llum il-ħelsien minn dnubietna. Grazzja essenzjali, l-aktar f’daż-żmien tar-Randan. Dit-talba jeħtieġ li nagħmluha għax hu Alla biss li jista’ jeħlisna minn dnubietna.

Imma Alla jeħlisna minn dnubietna mhux mingħajr ma nagħarfuhom, niċħduhom u nistqarru ħtijietna fuqhom. Imma kif nistgħu, aħna li aħna tant dgħajfa, naslu għal dan? Ħafna drabi tonqosna l-qalb, l-aptit u l-ħeġġa. Appuntu għalhekk huma meħtieġa t-tgħakkis, id-dixxiplina fuqna nfusna u d-distakk mill-irbit tad-dinja. Kuntrarjament għall-ħeġġa “mhux qaddisa” ta’ min isum għas-saħħa u s-sbuħija tal-ġisem, il-“ħeġġa qaddisa għat-tgħakkis” għandha bħala għan li nsiru kapaċi naħkmu fuqna nfusna u nfittxu mhux id-dinja imma lil Alla. B’dan inkunu tabilħaqq ksibna s-safa tar-ruħ.

It-tgħakkis tal-ġisem iwassal għall-indiema li tippermetti s-safa tar-ruħ. Is-safa tar-ruħ m’hix għajr id-disponibilta’ sinċiera għal Alla u t-triq “għall-festi tal-Għid li ġejjin”.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: