Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > L-Erbagħtax-il Jum tar-Randan

L-Erbagħtax-il Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IL-HAMIS TAT-TIENI ĠIMGĦA

Lq 16,19-31 – Ġer 17,5-10

“O Alla, int tħobb is-safa u troddhulna mill-ġdid meta nitilfuh: mexxi lejk il-qlub tagħna, u ħeġġiġna bl-Ispirtu Qaddis tiegħek, biex inkunu qawwija fil-fidi u ħabrieka fl-għemil it-tajjeb.”

[Nibqgħu fl-inħawi Rumani ta’ Trastevere u llum mmorru spiritwalment fil-knisja ddedikata lil Marija Assunta – Santa Maria in Trastevere – li twaqqfet fis-seklu III bħala “dar-knisja” u wara l-bidla Kostantinjana nbniet mill-Papa Ġulju I bħala bażilika li maż-żmien saret il-ġmiel li hi llum. Il-kolletta tal-ġurnata teħodna f’dil-bażilika Marjana.]

Fil-kolletta tallum il-Knisja titlob għalina d-don tas-safa tal-qalb. Is-safa tal-qalb hi kondizzjoni maħbuba minn Alla u jrid jarana fiha. Ġesù nnifsu qalilna li nkunu ħenjin jekk inkunu “safja f’qalbna”. Għaliex? Għax huma dawk li huma safja f’qalbhom li jaraw ‘l Alla, li hu l-għajn ta’ l-hena veru.

Il-poplu ta’ Israel kien ifittxu dan l-hena li jiġi milli tkun qrib Alla. U kien jaf ukoll li s-safa ta’ qalb hija l-kundizzjoni għal dan. Infatti s-salmista jistaqsi: “Min jitla’ fuq il-għolja tal-Mulej?” Jiġifieri, min jara ‘l Alla? U jkompli: “Min għandu jdejh indaf u qalbu safja” (24,3). Jiġifieri min ma jtellax barrieri bejnu u bejn Alla b’għażliet u azzjonijiet li jbegħduh minnu. Dan hu periklu kostanti.

Hi talba, din tallum, biex Alla jiġbidna lejh u biex b’sinċerità nħalluh jaħdem fina. Jekk inħalluh jagħmel dan, jiġifieri jekk inħalluh “iħeġġiġna bl-Ispirtu Qaddis tiegħu”, allura nsiru “qawwija” jiġifieri “sħaħ” fil-fidi, u nsiru wkoll “ħabrieka” jiġifieri “effettivi” fl-għemil it-tajjeb. L-ewwel għemil tajjeb hu appuntu  li nagħarfu, jiġifieri li nħobbu u b’hekk naraw lil Alla.

 

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: