Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > It-Tlettax-il Jum tar-Randan

It-Tlettax-il Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

L-ERBGĦA TAT-TIENI ĠIMGĦA

Mt 20, 17-28 – Ġer 18,18-20

“Ħares, Mulej, lill-familja tiegħek u żomm sħiħ fiha t-tagħlim li hija tikseb bl-għemejjel tajba tagħha: ibqa’ farraġha bl-għajnuna tiegħek sa ma twassalha fl-hena tas-sema.”

[It-talba tallum teħodna fl-inħawi ta’ Trastevere, sewwasew fejn ix-xebba Ċeċilja, fis-seklu III, sfat vittma ta’ l-awtoritajiet pagani. Sofriet il-martirju f’darha fejn imbagħat telgħet il-bażilika ta’ Santa Cecilia in Trastevere. Illum ningħaqdu mal-Insara Rumani li sena wara l-oħra, bħallum, għamlu f’din il-knisja nobbli,is-supplika tar-Randan.]

Mill-ġdid il-Knisja llum tagħmel supplika li tixraq għal daż-żmien tar-Randan.  Titlob l-ewwelnett il-ħarsien ta’ Alla biex tibqa’ fit-tagħlim li tikseb mill-għemejjel tajba, u titlob ukoll il-faraġ ta’ Alla billi jkompli jsawwab fuqha l-grazzji tas-sema.

It-talba għall-ħarsien tfakkarna fil-prekarjetà fil-pellegrinaġġ tagħna f’did-dinja. Nagħmlu ħafna għemejjel tajba, u anki nitgħallmu minnhom, imma jekk ma nipperseverawx nistgħu nitilfu kollox. Għalhekk hi importanti t-talba għall-grazzja tal-perseveranza.

It-talba għall-faraġ tfakkarna fis-saħħa li jagħtina Alla bl-għajnuna tal-grazzja attwali, jiġifieri ta’ dawk il-grazzji li bihom iqawwina fil-mument tal-bżonn, skond il-bżonn tal-mument. Din ukoll hi grazzja li rridu nitolbuha għax, flimkien mal-grazzja tal-perseveranza, tiggarantilna “l-hena tas-sema”, jiġifieri l-ġenna.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: