Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > L-Għaxar Jum tar-Randan

L-Għaxar Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IS-SIBT TA’ L-EWWEL ĠIMGĦA

Mt 5,43-48 – Dewt 26,16-19

“Dawwar qlubna lejk, o Missier ta’ dejjem, u agħmel li nagħtu ruħna għas-servizz tiegħek billi nfittxu dejjem dak li waħdu huwa meħtieġ u nagħmlu għemejjel ta’ mħabba.”

[Di hi t-talba li fit-triq penitenzjali tagħhom tar-Randan l-Insara ta’ Ruma kienu jagħmlu fil-waqfa tagħhom fil-bażilika fejn l-Appostlu Pietru, l-imkien fejn kien sofra l-martirju u ndifen. Sa minn did-difna, il-qabar ta’ San Pietru sar  ċentru ta’ qima għall-Insara ta’ Ruma u mbagħad għad-dinja Nisranija kollha.]

Imnebbħa mis-servizz ta’ Kristu li fil-fatt jikkostitwixxi l-veru ministeru fil-Knisja, illum nitolbu lil Alla “l-Missier ta’ dejjem”, biex idawwar il-qlub tagħna lejh, iħajjarna għal dak li “waħdu hu meħtieġ” u jagħtina l-grazzja li nagħmlu dejjem “għemejjel ta’ mħabba”. Il-punt hu li dak li waħdu hu meħtieġ huma sewwasew l-għemejjel ta’ mħabba.

Jekk irridu nsiru nafu x’xinhuma dawn l-għemejjel ta’ mħabba li għandna nagħmlu, kulma rridu nagħmlu hu li nfittxuhom fi Kristu. L-għemejjel ta’ mħabba li għamel Ġesu’ huma l-għemejjel ta’ mħabba li għandna nagħmlu aħna.

Ġesu’ għamel għemejjel ta’ mħabba kemm magħna l-bnedmin u kemm mal-Missier. Magħna: maħfra, fejqan, tagħlim, illuminazzjoni, eżempji tajba u nistgħu nibqgħu sejrin. Mal-Missier: ubbidjenza, djalogu, fiduċja, distakk mid-dinja u taqbida kontra Satana. Il-punt hu li l-għemejjel ta’ mħabba lejna Ġesu wettaqhom mill-imħabba tiegħu għall-Missier. Aħna wkoll jekk irridu nuru mħabba lejn xulxin irid ikollna qalbel kollox qlubna mdawwrin lejn il-Missier.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: