Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > Id-Disa’ Jum tar-Randan

Id-Disa’ Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IL-ĠIMGĦA TAL-EWWEL ĠIMGĦA

Mt 5,20-26 – Eżek 18,21-28

“Agħmel, Mulej, li l-fidili tiegħek jitħejjew kif jixraq għas-sagramenti ta’ l-Għid, biex aħna li, b’qalb imħeġġa, ilqajna li nrażżnu l-ġisem f’dawn il-jiem, niksbu minn dan it-taħriġ frott kbir fir-ruħ ta’ kulħadd.”

[Hija talba, din, tallum, li teħodna spiritwalment fli-“statio”, jiġifieri fil-knisja Rumana, fejn jinsabu l-fdalijiet ta’ l-appostli San Filippu u San Ġakbu imma li hi ddedikata lill-Appostli kollha flimkien. Hi magħrufa bħala l-bażilika tas-“Santi Apostoli”. It-talba tallum tgħaqqdna ma’ dil-bażilika]

Din hi l-ewwel talba tar-Randan li ssemmi b’mod espliċitu s-“sagramenti tal-Għid”, is-sagramenti li fl-ewwel sekli kienu jiġu amministrati lill-katekumeni, jiġifieri lill-kandidati Nsara, fil-lejla twila imma sabiħa tal-Viġili tal-Għid. Dawn is-sagramenti huma sewwasew dawk tal-bidu tal-ħajja Nisranija, jiġifieri, l-Magħmudija li ddaħħalna f’dil-ħajja, il-Konfermazzjoni li twettaqna fiha u l-Ewkaristija tipperfezzjonahielna.

F’dit-talba nitolbu mhux tant għalina nfusna daqskemm għall-“fidili” jiġifieri l-Insara kollha kif ukoll għar-“ruħ ta’ kulħadd”  jiġifieri tal-bnedmin kollha. Imma in kwantu aħna nirrappreżentaw ir-ruħ ta’ kulħadd mhux talli ma nistgħux ma nħossux ir-responsabilta’ tat-tħejjija xierqa imma talli rridu nerfgħu t-tagħbija tat-tħejjija li għandhom jagħmlu l-bnedmin kollha. Responsabilta’ kbira!!!

Fil-fatt l-aċċent tat-talba tallum m’hux fuq “is-sagramenti” jew “il-festi” tal-Għid li rċivejna imma fuq it-tħejjija “xierqa” għalihom f’isem il-bnedmin kollha. Dit-tħejjija titlob minn t-taħriġ fil-ħeġġa tal-qalb u fir-rażan tal-ġisem. Baħħikieku għandu jkollna ħeġġa tal-qalb u rażan tal-ġisem li jissodisfa għall-bnedmin kollha!

 

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: