Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > Is-Sitt Jum tar-Randan

Is-Sitt Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IT-TLIETA TA’ L-EWWEL ĠIMGĦA

Mt 6,7-15 – Is 55,10-11

“Ħares lejn din il-familja tiegħek, u agħmel li r-ruħ tagħna titħeġġeġ bix-xewqa tiegħek, aħna u nitrażżnu u nżommu l-qjies fil-ħtiġijiet tal-ġisem.”

[It-talba tallum hi marbuta ma’ l-istazzjoni tar-Randan ta’ Sant’Anastasja fil-Palatin, knisja li fir-raba’ seklu kienet ħadet post binja pagana. It-talba li kienet issir f’dil-knisja,bħallum tidwi mill-ġdid fil-knejjes tagħna.]

Illum nitolbu għal dik il-grazzja li tħeġġeġ lil ruħna bix-xewqa ta’ Alla. Jekk ruħna tkun imħeġġa b’Alla, kulma nagħmlu biex niksbu lil Alla jsir, jekk mhux aktar faċli, imma aktar sabiħ, nagħmluh b’ħeġġa akbar u aktar bil-qalb. Nagħmlu aktar bil-qalb anki t-trażżin tal-ġisem u s-sawm biex ninħallu mill-irbit ta’ l-art ħalli nintrabtu m’Alla.

Illum il-Knisja ma titlobx sabiex Alla jagħtina x-xewqa tiegħu nnfisu. Din ġa tahielna meta ħalaqna xbiha tiegħu! Il-xewqa t’Alla tinsab f’kull bniedem. Illum nitolbu għal ħeġġa ġdida, l-aktar jekk fina din intfiet. Għax wisq jiġri, kif jgħid Santu Wistin, li x-xewqa t’Alla fina ninjorawha jew nitfuha, jekk mhux saħansitra niċħduha.

Iva, xi drabi nwarrbu x-xewqa t’Alla li tinsab fina u nehdew fix-xewqa ta’ persuni u ħwejjeġ materjali li, waqt li nirrenduhom – almenu hekk naħsbu – propjetà tagħna, aħna stess nispiċċaw skjavi tagħhom. Ix-xewqa t’Alla hi indirizzata għall-kultrarju. Hi indirizzata biex tagħmel minna ulied ħielsa t’Alla u biex tagħtina bi propjetà il-ġenna.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: