Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > Is-7 Jum tar-Randan

Is-7 Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

L-ERBGĦA TAL-EWWEL ĠIMGĦA

Lq 11,29-32 – Ġona 3,1-10

“Fit-tjieba tiegħek, Mulej, ħares lejn il-qima tal-poplu tiegħek, biex aħna, li qegħdin inrażżnu l-ġisem u niċċaħħdu mill-ħtiġijiet tiegħu, inqawwu r-ruħ tagħna bil-frott ta’ l-għemejjel tajba.”

 [Dit-talba hi marbuta mal-bażilika ta’ Santa Maria Maggiore, li-“statio” (waqfa)  tallum, li sal-bidliet li saru fil-kalendarju liturġiku Ruman  (1967) kienet tikkoinċidi wkoll ma’ waħda mill-“quatuor tempora” (erba’ żminijiet): tradizzjonalment jiem ta’ sawm, talb u radd-il ħajr.]

It-talba tal-Knisja llum hi sabiex Alla jagħtina l-qawwa tar-ruħ: dik il-qawwa li għandna għeruqha fil-qima tagħna aċċettata minnu, li tissaħħaħ bir-rażan tal-ġisem u d-distakk mid-dinja u li tagħmilha possibbli għalina li nagħmlu għemejjel tajba bi frott spiritwali, divin.

Il-qawwa tar-ruħ li qed nitolbu hi fil-fatt il-qawwa tal-volontà t’Alla fina. Hi l-qawwa li fl-istorja tal-Knisja sawwret l-Insara qawwijin li b’saħħa spiritwali, morali u intellettwali żammew lil Ġesù ħaj fl-istorja umana. Dan irnexxielhom jagħmluh bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu u taċ-ċaħda tagħhom infushom.

Nitolbu llum għall-qawwa spiritwali u intellettwali, għall-qawwa morali, għall-qawwa fiċ-ċaħda, fir-rieda, fil-perseveranza u fuq kollox fil-ħajja tal-grazzja. Nitolbu għal dik il-qawwa li, illum aktar minn qatt qabel, f’dinja tant ħabiba ta’ Satana u alleata tal-ġisem, għandna partikolarment bżonnha. Għandna bżonnha appuntu sabiex ma nibżgħu minn ħadd u minn xejn u sabiex inwettqu bi frott l-għemejjel tajba li huma wkoll qaddisa.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: