Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > Il-5 Jum tar-Randan

Il-5 Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IT-TNEJN TA’ L-EWWEL ĠIMGĦA

Mt 25,31-46 – Lev 19,1-2.11-18

“Reġġagħna lura lejk, o Alla, Salvatur tagħna, saħħaħ lil ruħna bit-tagħlim qaddis tiegħek, biex it-taħriġ tagħna matul ir-Randan imqaddes ikun ta’ ġid għalina.”

[Dit-talba tingħad tradizzjonalment f’San Pietro in Vincoli, l-“istatio” jew waqfa kwareżimali tallum. Ningħaqda fl-ispirtu ma’ dil-knisja Rumana fit-talba tagħna llum.] 

It-talba tagħna llum hi sabiex it-taħriġ tagħna matul ir-Randan “ikun ta’ ġid għalina”. X’inhu eżattament dan “il-ġid għalina” li l-Knisja tridna nfittxu llum?

Hi t-talba nfisha li tgħidilna: hu l-ġid nsibu f’Alla jreġġagħna lura lejh. Hu l-ġid li jagħtina t-tagħlim minn Alla jekk l-Kelma t’Alla nilqgħuha. Hu l-ġid li jsaħħaħ lil ruħna jekk inħallu lil Ġesù jaħdem fina. Hu l-ġid li jirriżulta mit-taħriġ fis-sawm, mit-taħriġ fit-talb u, kif jissuġġerilna l-Vanġelu tallum, mit-taħriġ fl-opri tal-ħniena. Imma dan kollu – ma rridux ninsew – jiddependi mis-smigħ da parti t’Alla tat-talba sabiex jreġġagħna lura lejh.

Il-kwistjoni hi jekk aħna aħniex lesti li nħalluh lil Alla jreġġagħna lura lejh! Il-grazzja qed joffrihielna. Jiġifieri qed jagmel il-parti tiegħu sabiex jiġbidna lejh permezz tar-Randan, u dis-sena, tal-Ġublew tal-Ħniena. Minna jiddependi jekk inħallux. Minna jiddependi jekk aħniex nagħtu l-ispazju ta’ moħħna u ta’ qalbna biex Ġesù jaħdem fina. Minna jiġi li fir-Randan, inħallu lil Alla, Salvatur tagħna, ireġġagħna lura lejh “b’ġid għalina”.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: