Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > Ir-4 Jum tar-Randan

Ir-4 Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IS-SIBT TAR-RMIED

Lq 5,27-32 – Is 38,9b-14

“O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, fil-ħniena tiegħek ara kemm aħna dgħajfin, u midd il-leminija setgħana tiegħek biex tħarisna.”

[Hija t-talba, din, li fiż-żmien bikri tal-Fidi f’Ruma kienet issir fi knisja ddedikata lil San Trifonju. Wara li din twaqqgħet, fir-raba’ jum tar-Randan l-Insara ta’ Ruma bdew jagħmluha fil-knisja qaribha ta’ Sant’Wistin.]

Illum il-Knisja titlob lil Alla biex iħares lejna, jara kemm aħna dgħajfin u jwieżen id-dgħufija tagħna bil-leminija setgħana tiegħu. Hija talba li tinkarna l-konvinzjoni ta’ l-appostlu Pawlu meta, f’waqt ta’ dgħufija, intebaħ li biżżejjed għalih il-grazzja t’Alla għax il-qawwa t’Alla tidher fl-aqwa tagħha fejn hemm id-dgħajjef (2 Kor 12,9). Donnu li f’dak il-mument feraħ bid-dgħufija tiegħu! Għax intebaħ li sewwasew fi dgħufitu sab saħħtu.

Jekk f’dar-Randan irridu nvinċu, hu x’inhu t-tiġrib spiritwali li se nsibu ma’ wiċċna, jaqblilna dejjem nitilqu mill-għarfien tad-dgħufija tagħna. Weħidna aħna debbli u żarmati. B’Alla magħna nistgħu negħelbu kull dgħufija u tfixkil. Dan, Ġesù, qalulna. Imma waqt li qalilna li mingħajru ma’ nistgħu nagħmlu xejn, qalilna wkoll li bih nistgħu nagħmlu kollox, saħansitra nirbħu l-ħajja li minħabba fih inkunu tlifna.

F’daż-żmien tar-Randan, meta s-sawm u tgħakkis ieħor li nippruvaw nagħmlu juruna kemm tabilħaqq aħna dgħajfin, il-Knisja tħeġġiġna nqiegħdu l-fiduċja tagħna fil-ħniena u l-ħarsien Alla. Alla ma jneħħilniex is-salib, imma jgħinna, jagħtina s-saħħa biex nerfgħuh.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: