Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > It-3 Jum tar-Randan

It-3 Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IL-ĠIMGĦA TAR-RMIED

Mt 9,14-15 – Is 58,1-9a

“Fit-tjieba tiegħek, Mulej, għinna nkomplu l-għemil ta’ ndiema li bdejna, biex it-tgħakkis tagħna tal-ġisem iseħħilna nagħmluh b’fehma safja.”

[Din hi t-talba li tagħmel bħallum il-komunità Nisranija ta’ Ruma miġbura fil-knisja stazzjonali antika tal-qaddisin martri Ġwanni u Pawlu.  Aħna għandna għeruqna f’din l-istess komunità u għalhekk it-talba tagħhom hi wkoll tagħna. ]

Illum nitolbu l-grazzja tal-“fehma safja”. Għax f’taqbida serja kontra d-dnub, l-għemil estern tat-tgħakkis tal-ġisem irid jikkoinċidi mal-għemil intern tat-tiġdid fir-ruħ. Ir-Randan jitlob minna li t-taqbida kontra Satana neħduha b’serjetà tabilħaqq “serja”! Dan ukoll għax, jekk matul is-sena l-azzjoni tagħna kontra l-ispirtu ħażin hi waħda difensiva, fir-Randan din tinbidel f’waħda aggressiva. U fi gwerra aggressiva kontra Satana jrid ikollok “fehma safja”.

Fi kliem il-Beatu John Henry Newman il-“fehma safja” hi r-real assent, hija l-iva intern. Hi l-iva reali quddiem l-għan li għandek quddiemek, l-iva onest għar-rigorożita’ tad-dixxiplina fuqek innifsek, l-iva totali lejn l-ispirtu li janimak.

Hu “iva” li jissupponi l-indiema, jiġifieri l-abbandun ta’ l-imgħoddi infidil. Hu sewwasew għalhekk li llum nitolbu wkoll għall-grazzja tal-indiema – il-grazzja li biha l-Mulej fi tjubitu jgħinna “nkomplu l-għemil ta’ ndiema li bdejna”. Għemil ta’ ndiema li jagħti l-ħelsien mill-imgħoddi u r-rebħa fil-ġejjieni.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: