Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > It-2 Jum tar-Randan

It-2 Jum tar-Randan


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IL-ĦAMIS TAR-RMIED

Lq 9,22-25 Dewt 30,15-20

Agħtina, Mulej, id-dawl tiegħek qabel ma nibdew il-ħidmiet tagħna, u għinna aħna u nagħmluhom, biex kulma nagħmlu jkun jibda minnek u fik jintemm.

Din hi t-talba tal-komunita’ Nisranija tal-qedem miġbura fil-knisja ta’ San Ġorġ, fl-inħawi tal-Velabro, f’Ruma, fit-tieni jum tar-Randan. Hi l-“kolletta” tal-quddiesa f’dal-jum bikri tat-tiġdid “kwareżimali”.

Fit-talba tal-quddiesa tallum nitolbu d-dawl, id-dawl ta’ Kristu, id-dawl li hu Kristu, id-dawl li jlaqqgħna mal-verita’ ta’ Kristu, id-dawl li fi Kristu jagħtina l-għarfien oġġettivament veru tagħna nfusna, id-dawl li jippermettilna onestament nammettu x-xejn tagħna.

Dan id-dawl neħtiġuh qabel ma nibdew il-ħidmiet tagħna f’dar-Randan.  Neħtiġuh l-ewwelnett għax hu sewwasew dad-dawl li jurina x’inhuma l-ħidmiet li għandna nagħmlu. Hu dad-dawl li jurina l-bżonn li għandna ta’ l-għajnuna t’Alla aħna u nagħmluhom, jiġifieri aħna u nisimgħu l-Kelma t’Alla u nilqgħuha, aħna u niddeċiedu fuq l-indirizz ġdid li rridu nagħtu lil ħajjitna, aħna u nsumu biex nitħarrġu fil-libertà li tiddisponina għall-grazzja t’Alla, aħna u nimpenjaw ruħna biex inkunu preżenza ta’ ġid għal xulxin fil-karita’, aħna u nitolbu, jiġifieri aħna u nfittxu dik l-initimita’ u dik l-imħabba f’Alla li tittrasformana fi bnedmin minnu mogħġuba.

Barra minn hekk hu dad-dawl li jurina li mingħajr l-għajnuna t’Alla mhux talli m’aħniex kapaċi nissieltu t-tfixkil ta’ Satana, imma lanqas m’aħna kapaċi li la nibdew u wisq inqas intemmu l-mixja ta’ tiġdid li fir-Randan tista’ – jekk irridu – tqaddisna.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: