Home > Ġenerali, Ħsieb għar-Randan 2016 > L-1 Jum tar-Randan (2016)

L-1 Jum tar-Randan (2016)


Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

L-ERBGĦA TAR-RMIED – Mt 6,6.16-18 – Ġoel 2,12-18 – II Kor 5,20-6,2

Agħtina, Mulej,  li nibdew bis-sawm imqaddes it-taħriġ għat-taqbida tagħna bħala dixxipli ta’ Kristu, ħalli nitwettqu bil-qawwa tar-rażan u nissieltu tajjeb kontra l-ispirti tal-ħażen.

Din hi t-talba li tagħmel il-komunita’ Nisranija miġbura fil-knisja ta’ Santa Sabina, fuq l-Aventino, fl-ewwel jum tar-Randan. Hi t-talba li l-Knisja universali, jiġifieri aħna d-dixxipli ta’ Kristu, nagħmlu f’għaqda mal-Knisja f’Ruma, fil-bidu ta’ daż-żmien ta’ tiġdid spiritwali.

F’dit-talba, li ssir fil-bidu tal-quddiesa, nitolbu għal dik l-għajnuna li neħtieġu biex nitqabdu kontra l-ispirti tal-ħażen, jiġifieri kontra l-attakki ta’ Satana, l-għadu ta’ Alla u tagħna. B’dit-talba qed nilqgħu għal dak li nafu li se jiġri matul ir-Randan kollu, jiġifieri li fit-tiġdid spiritwali li għalih qed nagħtu bidu se nsibu t-tfixkil, tfixkil mhux żgħir, tfixkil li bil-forzi umani biss ma ngħelbuhx.

Hi talba biex f’dat-tfixkil Alla jieqaf magħna, jitqabad għalina u jwettaqna, jiġifieri jsaħħaħna, ħalli nagħarfu nissieltu u jseħħilna nissieltu tajjeb, jiġifieri b’dik il-qawwa li teżiġi r-rebħa. Minn fejn se tiġina din il-qawwa? Tiġina mid-dixxiplina li jgħallimna, u jħarriġna fih, is-sawm, iċ-ċaħda tagħna nfusna u r-rażna fuqna nfusna. Das-sawm mhux dak tal-atleti jew tal-mudelli imma ta’ Kristu. Hu sawm imqaddes, għax iridu Alla, tnebbaħna għalih ix-xewqa ta’ Alla u tissoponih it-triq li twassalna għand Alla.

Jekk l-azzjoni ewlenija tar-Randan hu t-talb – għax hu t-talb l-arma tar-rebħa fuq Satana – hu sewwasew is-sawm li, biex niddedikaw ħin għat-talb, jagħtina l-liberta’ interjuri, hu s-sawm li jinforzana għat-talb, hu s-sawm li jiddixiplinana fit-talb.

________________________________________________

10 ta’ Frar 2016

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: