Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap, Ġenerali > What a feeling!  

What a feeling!  


 

Patri Mario Attard OFM Cap

Tlett ijiem qabel spiċċat is-sena 2015 kelli x-xorti ngħaddi minn fejn ir-reception biex noħroġ mill-isptar wara lejl iebes ta’ xogħol. Jien u għaddej tassew li ntlaqat minn band ħelwa li bdiet iddoqq biċċa mużika mill-aktar interessanti. Mużika li tassew iffriskatni mill-ġdid l-għaliex tefgħetni ngħum fil-ħsieb u fir-riflessjoni. Għalkemm, bħalma diġà għedtilkom, għajjien wara lejl xogħol kontinwu ma’ ħutna l-morda. Il-kanzunetta li tagħtni ħajja ġdida kienet Flashdance … What a feeling, kantata mill-kantanta, kittieba tal-kanzunetti u attriċi magħrufa tas-snin tmenin, Irene Cara.

Qabel nagħżel inkanta jew napprezza kanzunetta Suor Cristina Scucca, li kienet f’pajjiżna fejn tat kunċert mill-isbaħ f’Dar il-Mediterran nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru 2015, tgħallimni li qabel xejn jinħtieġli nara sewwa l-lirika tal-kanzunetta. U dan jien għamilt bid-diska What a feeling, ta’ Irene Cara. Bdejt naqra u nittraduċi. Bil-mod il-mod. Sakemm il-kliem ħassejtu jkellimni. Jidħol fija. Isammarni. Ifejjaqni. L-għaliex beda joħroġ għad-dawl in-nixxiegħa tal-ħniena li Alla tefa’ f’qalbi għalija nnifsi u għall-oħrajn! X’sentiment!

“L-ewwel meta m’hemm xejn imma ħolma li qed tiddi bil-mod. Li l-beżgħat tiegħek jidhru li qiegħdin jinħbew fil-fond ġewwieni ta’ moħħok. Kollni waħdi, bkejt, dmugħ siekta mimlija kburija, f’dinja magħmula tal-azzar. Magħmula tal-ġebel. Mela, isma’ il-mużika, għalaq għajnejk, ħoss ir-rittmu. Indur miegħi innifsi, nieħu pussess ta’ qalbi. X’sentiment! L-esseri li jemmen, nista’ niksibha kollha. Issa qed niżfen għal ħajti. Ħu l-passjoni tiegħek. Wettaqha. L-istampi jsiru rejaltà, int tista’ tiżfen ħajtek kollha”.

Bli sibt diġà kien biżżejjed. Imma x-xewqa li nsir naf aktar u fid-dettall l-istorja kollha saħħrittni biex nissokta nħaffer fil-lirika mimlija tama tal-kanzunetta. “X’sentiment! X’sentiment! (Jiena issa mużika). L-esseri li jemmen (jiena issa rittmu). L-istampi jsiru rejaltà, int tista’ tiżfen ħajtek kollha. X’sentiment (jiena nista’ tassew niksibha kollha). X’sentiment! (L-istampi jsiru rejaltà meta nsejjaħ). Nista’ niksibha kollha (Nista’ tassew niksibha kollha). Ħudha kollha (stampi, siru rejaltà meta ngħajtilkom). (Għajjat, għajjat, għajjat, għajjat, x’sentiment). Nista’ niksibha kollha (l-esseri li jemmen). (Wettaqha) Wettaqha. (X’sentiment!). X’sentiment!”

Xi profondità l-aħwa qalb il-bniedem! Il-qalb tal-bniedem li jbati! Mhux ta’ b’xejn li meta kont nistudja l-Awstralja s-supervisor tiegħi dejjem kienet tħeġġiġni biex nagħraf sewwa r-riżorsi interjuri tal-pazzjenti li kont inżur u nħeġġiġhom biex jirrikorru lejhom ħalli jiksbu minnhom it-tama! Dan il-kliem sabiħ tal-kantanta għaqlija, Irene Cara, fakkarni fl-esperjenza ħelwa tan-Nannu tiegħi, missier missieri, li, ta’ tlieta u disgħin sena u erba’ xhur, baqa’ jemmen li meta joħroġ mill-isptar kien se jmur il-baħar tas-Sliema biex jgħum u jaqbad il-ħut għaz-zijiet tiegħi. B’liema sentiment u konvinzjoni kien jemmen din il-viżjoni! Kemm kienet iżżommu ħaj! Mimli b’kuraġġ! Dejjem għandu għalxiex jgħix! Dejjem baqa’ ilvent! Mimli ħajja! Sal-jum li għalaq għajnejh għal din id-dinja darba għal dejjem.

L-għaliex li żżomm ħajja ħolma mhuwiex le sempliċi sentiment. Hu fil-fatt rejaltà! U rejaltà li tagħmlek appostlu tagħha l-għaliex tibda’ ixxandarha ma’ kulħadd! Kif qal tajjeb William Arthur Ward: “Li tħoss il-gratitudni u ma turihiex hija bħal meta tippakkja rigal u ma tagħtihx”.

Offri b’rigal dak li temmen fih. B’sentiment. Għas-Sentiment li ma jispiċċa qatt. Li, minkejja l-mard, il-ħajja hija rigal imprezzabbli! X’sentiment! X’rejaltà!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: