Home > Riċensjoni, Ġenerali > Ktejjeb ta’ Talb ta’ Għeluq il-Jum tal-Miżżewġin

Ktejjeb ta’ Talb ta’ Għeluq il-Jum tal-Miżżewġin


Fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Familja bħala parti mis-Sena Mqaddsa tal-Ħniena, Ta’ Pinu Publications, id-Dar Pubblikatriċi tas-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu f’Għawdex, għadha kemm ippubblikat il-ktejjeb Talba ta’ Għeluq il-Jum tal-Miżżewġin.

Ta’ daqs taskabbli, din il-pubblikazzjoni ta’ erbgħin paġna fiha t-Talba ta’ Għeluq il-Jum adattata għall-koppji miżżewġa, b’siltiet Bibliċi mis-Salmi u l-ktieb tal-Għanja tal-Għanjiet, fost l-oħrajn, bħala proposta lill-familji tagħna biex jagħlqu l-ġurnata b’mument ta’ talb flimkien u mal-Mulej.

Kif naqraw fil-Preżentazzjoni “dawn il-paġni jiġbru fihom il-mumenti ta’ intimità spiritwali li l-miżżewġin għandhom jaqsmu ma’ xulxin, kull jum tal-ġimgħa, qabel jidħlu jorqdu, u jwasslu lill-koppja biex isserraħ qalbha fuq il-maħfra mitluba minn xulxin, talba li tiġi mill-enerġija tal-imħabba li rċivew biex ikunu dejjem iżjed magħquda ma’ Kristu u bejniethom.  Irrikonċiljati bil-grazzja tal-Ispirtu, jistgħu jiskopru fl-Iskrittura dawk is-siltiet li Alla nnifsu qiegħed hemm biex jgħallmu kif wieħed għandu jgħix ir-rabta taż-żwieġ miftuħa għall-komunjoni u għall-qdusija.  Hekk huma jkunu lesti jilqgħu l-Kelma li ddawwal, tfarraġ, twieżen, tħeġġeġ”.

Il-ktejjeb jista’ jkun proposta tajba għall-komunitajiet parrokkjali tagħna, speċjalment għal dawk il-koppji kollha li jixtiequ jinżlu iktar fil-fond tal-ħajja tat-talb tagħhom.

Cover KumpietaJinkiseb mis-Santwarju Ta’ Pinu, imma ordnijiet kbar jistgħu jsiru b’email lil rector@tapinu.org.

Categories: Riċensjoni, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: