Home > Riċensjoni, Ġenerali > Ktejjeb ta’ tagħrif u talb bil-Malti għall-Ġublew tal-Ħniena

Ktejjeb ta’ tagħrif u talb bil-Malti għall-Ġublew tal-Ħniena



Ta’ Pinu Publications
, f’kollaborazzjoni mad-Djoċesi ta’ Għawdex, għadhom kemm ippubblikaw Gwida għall-Pellegrin matul il-Ġublew tal-Ħniena li fetaħ f’Diċembru.

cover ktieb gublewIl-ktejjeb ta’ 88 paġna jiġbor fih dak kollu li n-Nisrani, mistieden biex matul is-Sena Mqaddsa jimxi f’pellegrinaġġ lejn xi knisja ġubilari, għandu jkun jaf u jagħmel fil-Ġublew tal-Ħniena.  Fil-fatt, din il-pubblikazzjoni illustrata tiftaħ b’ġabra ta’ tagħrif siewi fuq it-tifsira u l-aspetti tal-Ġublew, bħalma huma t-talba u l-innu uffiċjali bin-noti mużikali b’kollox.

Wieħed isib ukoll spjega tal-indulġenzi u l-pellegrinaġġ, bi proposta għall-mixja lejn is-Santwarju tal-Ħniena u għajnuna biex jitwettqu l-opri tal-ħniena.

Kapitlu jiffoka fuq is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, b’punti ta’ riflessjoni għal eżami tal-kuxjenza biex wieħed jersaq imħejji sewwa għal-laqgħa tiegħu ma’ Alla Ħanin fil-Qrar.

Żewġ kapitli oħra joffru ġabra ta’ talb u qari mill-Iskrittura kif ukoll mit-tradizzjoni tal-Knisja li jistgħu jgħinuna fil-meditazzjoni matul din is-Sena Mqaddsa.

Fl-aħħar nett, wieħed isib tagħrif fuq is-Santwarji tal-Ħniena, bi spazju wkoll fejn jitqegħidlu t-timbru li jikkonferma l-pellegrinaġġ tiegħu.

Il-Ġublew tal-Ħniena. Gwida għall-Pellegrin hu tassew riżorza siewja għal dawk kollha li jixtiequ jgħixu bi frott din is-Sena Mqaddsa mħabbra mill-Papa Franġisku.  Għal dawk li jridu jagħmlu pellegrinaġġ lejn xi Bieb tal-Ħniena, il-ktejjeb għandu jinkiseb minn qabel biex jista’ jgħinhom fit-tħejjija spiritwali tagħhom.

Kopji huma għall-bejgħ bil-prezz ta’ €2 mill-Katidral ta’ Għawdex, mis-Santwarji Ta’ Pinu u tal-Kunċizzjoni fil-Qala, kif ukoll mill-ħwienet ta’ Radju Marija u ħwienet reliġjużi ewlenin f’Malta u Għawdex.  Dawk li jixtiequ jixtru ammonti kbar jistgħu jikkuntattjaw lis-Santwarju Ta’ Pinu fuq it-telefon 21556187 jew l-email rector@tapinu.org.

Categories: Riċensjoni, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: