Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap, Ġenerali > Il-ħajja f’Papa Franġiskuinn

Il-ħajja f’Papa Franġiskuinn


Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar iltqajt ma’ persuna Musulmana li wriet apprezzament kbir u minn qalbha għall-Papa Franġisku. Bħala Nisrani u Patri fraħt bil-bosta l-għaliex intbaħt li Papa Franġisku huwa l-Papa mimli bl-Ispirtu s-Santu! Mhux l-Ispirtu li tassew jagħti l-ħajja!

Kulfejn imur il-Papa iġib ħajja ġdida. Dik il-ħajja li jiena u int tant nokorbu għaliha. Kulħadd sema’ bl-episodju tan-nuċċali. Il-Papa ħalla l-istess frame u biddel biss il-lentijiet. Forsi hawn min jirraġuna: “Il-Papa jġib ruħu hekk l-għaliex ġej mill-faqar. Jaf x’inhu faqar”. Iva. U, li tammira fih huwa l-fatt li baqa’ jħaddan l-istess valuri anki ta’ Papa. Ma ħalliex, ngħidu aħna, is-sbuħija tal-appartament appostoliku iġġorru miegħu. Le! Ried joqgħod fid-Dar tal-Ospiti ta’ Santa Marta. Għażel li jibqa’ saqajh mal-art u man-nies!

Faċli ħafna li quddiem rejaltà bħal din jiena u int nippuntaw subgħajna lejn xi ħadd. U ngħidu: “Dak missu jagħmel hekk! U dik aħjar tagħmel hekk!” Imma b’daqshekk x’ħa nieħdu? Mhux aħjar jekk naraw ftit jiena u int fejn qiegħdin? Fil-ħajja x’infittxu l-iżjed: is-sempliċità jew il-lussu? In-neċessità jew il-kumdità? Inħoss li rridu nitbiegħdu mill-ideja infantili li jien nista’ nagħmel li rrid u dak jew dik le. Dan mhux raġunament ta’ min tassew irid jgħix b’mod b’saħħtu u li jġib il-ħajja lilu u lil ta’ madwaru.

Il-Papa huwa spontanju. M’għandux kumplessi. Ma jimpurtahx x’jgħidu fuqu l-oħrajn ġaladarba dak li qed jgħid u jagħmel huwa tajjeb u jagħti kuraġġ lill-oħrajn. Illum tajjeb li nistaqsi ftit lili innifsi jekk inix Nisrani jew Nisranija tal-katakombi. Inkella bniedem magħluq ġo gaġġa ta’ kif iriduni n-nies u mhux kif il-verità tridni. Huwa b’saħħtu li jiena ngħix kif jixtieqni ilsien zekziek u li m’għandux x’jagħmel għajr li jtaqtaq fuq kollox u fuq kulħadd kull nifs li jieħu?

U la issa ġiet taz-zekziek Papa Franġisku huwa l-għadu numru wieħed ta’ ilsna li jgħidu kontra l-proxxmu tagħhom. Fil-fatt min itaqtaq kontra l-proxxmu tiegħu u moħħu jew moħħha biex ixerrdu aħbarijiet ħżiena, anki jekk ikunu veri, fuq min jiżbalja, il-Papa isejħilhom “terroristi”. Jaqaw jien terrorista? L-għaliex moħħi biex ngħid kontra dak jew dik sempliċiment l-għaliex ilsieni ma jissaportix joqgħod fil-garaxx tal-ħniena u l-mogħdrija li l-Mulej ħalaq għalih f’ħalqi? X’nieħu jekk ngħolli x-shutters u nibda’ ntieha kontra kollox u kontra kulħadd?

Kulfejn imur il-Papa jġib it-tama. Il-fejqan. Il-kuraġġ. L-għaliex ma jieqafx fuq il-problemi imma joffri soluzzjonijiet. Ma jieqafx ikabbar il-weġgħat aktar milli huma l-għaliex jikkonċentra fuqhom imma jmur lil hemm minnhom u jippreżenta, fi kliemu u f’għemilu, oqsma ta’ fejqan. Bħal, ngħidu aħna, li jilqa’ bi mħabba u rispett u li jiddjaloga ma’ kulħadd. Jemmnu jew le. U jien x’nagħmel? Nibqa’ insemmi x’għamluli u donni aktar ma jitħassruni aktar nibqa’ ngħaqad u ngħum f’dak l-ilma? Jew nilqa’ kull għajnuna li jibgħatli l-Mulej ħa nfiq mill-weġgħa? Ħa naħfer u nitlob maħfra? Ħa nirrikonċilja ruħi? Ħa nibda’ paġna ġdida f’ħajti?

Il-ħajja qasira ħbieb! Ejja nħalli l-eżempju u l-kliem ta’ Papa Franġisku jfejquni, jimlewni bil-kuraġġ u jerġgħu jġibuli mill-ġdid dik it-tbissima infettiva li darba kelli fuq fommi! Din hi l-ħajja vera!

 

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: