Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap > Jien … Missierek!

Jien … Missierek!


Patri Mario Attard OFM Cap

Ibni! Binti! Forsi ma tafniex. Imma jiena kollox naf fuqek (Salm 139:1).

Naf meta tpoġġi bilqiegħdha. U meta tqum (Salm 139:2). Jiena ta’ ġewwa mal-modi ta’ mġieba tiegħek (Salm 139:3). Naf saħansitra sal-inqas xagħra f’rasek (Mattew 10:29-31). Għaliex ġejt maħluq\a fuq xbihati (Ġenesi 1:27). Fija tgħix, timxi u tista’ tkun int (Atti 17:28). Għaliex int wildti (Atti 17:28). Kont nafek qabel ġejt imnissel\imnissla (Ġeremija 1:4-5). Għażiltek meta ħejjejt il-ħolqien (Efesin 1:11-12). Ma kontx xi żball. Jiemek jinsabu miktuba fil-ktieb tiegħi (Salm 139:15-16). Jiena iffissajt iż-żmien eżatt li fih int twelidt u fejn se tgħix (Atti 17:26). Int ġejt maħluq\a b’mod tal-għaġeb (Salm 139:14). Nissiġtek f’ġuf ommok (Salm 139:13). U ħriġtek ‘il barra minn ġuf ommok fil-jum li fih twelidt (Salm 71:6).

Ġejt impinġi b’mod ħażin minn dawk li ma jafunix (Ġwanni 8:41-44). Minix ‘il bogħod jew irrabjat. Jien espressjoni kompleta tal-imħabba (1 Ġwanni 4:16). U hija xewqti li nsawwab imħabbti fuqek (1 Ġwanni 3:1). Sempliċiment l-għaliex int ibni! Binti! U jien Missierek! (1 Ġwanni 3:1). Noffrilek ħafna aktar minn dak li jista’ joffrilek missierek tal-art (Mattew 7:11). L-għaliex jien il-missier ideali (Mattew 5:48). Kull don tajjeb li int tirċievi joħroġ għalik minn idejja (Ġakbu 1:17). L-għaliex jiena nipprovdilek. Jiena naqdi l-bżonnijiet kollha tiegħek (Mattew 6:31-33).

Il-pjan tiegħi għall-futur tiegħek kien dejjem mimli bit-tama (Ġeremija 29:11). L-għaliex inħobbok b’imħabba li ma tintemm qatt (Ġeremija 31:3). Il-ħsibijiet tiegħi lejk huwa bla qies. Biex tifihmni qishom bħar-ramel ta’ xatt il-baħar (Salm 139:17-18). U jien nifraħ bik bil-kant (Sofonija 3:17). Qatt ma nieqaf nagħmillek il-ġid (Ġeremija 32:40). L-għaliex int il-proprjetà għażiża tiegħi (Esodu 19:5).

Nixtieq insaħħek b’qalbi u b’ruħi kollha (Ġeremija 32:41). U nixtieq nurik ħwejjeġ kbar u tal-għaġeb (Ġeremija 33:3). Jekk tfittixni b’qalbek kollha issibni (Dewteronomju 4:29). Ifraħ u tħenna fija u jiena naqtagħlek ix-xewqat ta’ qalbek (Salm 37:4). Għax huwa jien li nagħtik dawn ix-xewqat (Filippin 2:13). Jiena lest li nagħmel ħafna aktar għalik milli qatt int tista’ timmaġina (Efesin 3:20). L-għaliex jiena l-aktar wieħed li nista’ tassew inqawwielek qalbek (2 Tessalonkin 2:16-17). Jiena wkoll il-Missier li jfarrġek fil-għawġ tiegħek (2 Korintin 1:3-4). U meta tkun b’qalbek maqsuma jiena ħaġa waħda miegħek (Salm 34:18). Bħalma ragħaj jġorr nagħġa jiena ġarrejtek qrib il-qalb tiegħi (Iżaija 40:11). Ġurnata se nixxuttalek kull demgħa minn għajnejk (Apokalissi 21:3-4). U jiena se nieħu fuqi l-uġiegħ kollu li int batejt minnu fuq din l-art (Apokalissi 21:3-4).

Jiena Missierek. U inħobbok daqkemm inħobb lil ibni, Ġesù (Ġwanni 17:23). L-għaliex f’Ġesù imħabbti għalik hija murija (Ġwanni 17:26). Ġesù fula maqsuma miegħi (Lhud 1:3). Huwa ġie biex juri li jiena magħkom u mhux kontrikom (Rumani 8:31). U biex bih ngħidilkom ukoll li minix ngħodd dnubietkom (2 Korintin 5:18-19). Ġesù miet ħalli int u jien inkunu nistgħu nerġu nagħmlu ħbieb mill-ġdid (2 Kor 5:18-19). Il-mewt tiegħu kienet l-ogħla espressjoni ta’ imħabbti għalik (1 Ġwanni 4:10). F’Ġesù Ibni jiena tajtek dak kollu li ħabbejt bil-għan li nirbaħ imħabbtek (Rumani 8:31-32). Jekk tilqa’ ir-rigal ta’ Ibni Ġesù tilqa’ lili (1 Ġwanni 2:23). U xejn m’hu qatt se jerġa’ jifirdek minn imħabbti (Rumani 8:38-39).

Ejja d-dar. U jiena nagħmillek festa li bħala l-ġenna qatt għadha ma rat (Luqa 15:7). Jiena dejjem kont Missier u dejjem se nibqa’ Missier (Efesin 3:14-15). Il-mistoqsija tiegħi hi … Trid tkun ibni? Binti? (Ġwanni 1:12-13). Qed nistenniek (Luqa 15:11-32). Inħobbok! Missierek! Alla li jista’ kollox!

X’naqbad ngħid quddiem ittra bħal din? Kif immutajt? Mhux bil-mistħija. Imma bl-imħabba. Ma nafx x’naqbad ngħid. Imma qalbi issa mistrieħa. L-għaliex naf li jekk immur għand Missieri tas-Sema, jekk se nitħabbeb miegħu, il-paċi li qed inħoss bħalissa ħa tibqa’ dejjem f’qalbi! Inkun fhiex inkun!

Ħa mmur inqerr. Ħa nibda’ nitlob. U, fuq kollox, ħa nibqa’ naqra din l-ittra kuljum! Biex nibqa’ niftakar li int Mulej, int, … MISSIERI!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: