Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap > Erġajt ħxint?!

Erġajt ħxint?!


Patri Mario Attard OFM Cap 

Inkun miexi għall-affari tiegħi f’wieħed mill-kurituri tal-isptar. Xi ġmiel ta’ ġurnata kienet! Ġurnata tar-rebbiegħa Maltija! Xi trid iżjed Patri ħi!

U, f’daqqa waħda, nisma’ tifsira u għajta! X’qatgħa ħadt! Inħsadt! U bħal żwiemel tat-trott li ġieli nbierek il-Marsa, waqaft. U għall-ewwel inġbidt lura. Imma t-tbissima malajr reġgħet ġiet lura fuq fommi. Kien wieħed mit-tobba bravi tagħna li għandna fl-isptar. Tabib kien barrani. Father! You are gaining weight! qalli. Ħeqq! Tħassibt hux! Imma, fil-qalba tal-qalb tiegħi, tgħidx kemm apprezzajt! F’qalbi għedt: “Ara naqra dan il-proxxmu! Kemm ħa interess fija!” Kemm tagħmel kuraġġ hux meta xi ħadd ikun jimpurtak minnek! L-istess ġrali jien!

Imbagħad, wara li weġibtu, reġa’ staqsieni: But are you feeling all right? Sabiħa tant li bniedem jimpurtaħ minn ħaddieħor! Għalih, bħall-maġġoranza tat-tobba bravi tagħna, jibqa’ tabib anki fil-ħajja personali tiegħu. Prosit! Hekk għandu jkun! Tabib ta’ veru! Tal-affari tiegħu! Eh Father! You are eating many figolli, qalli. Hawnhekk dħakt! Għaliex jien figolli ma tantx inħobbhom! Daqskemm jagħmluli ħruq ta’ stonku! Mela għalhekk xi wħud jgħiduli: “Patri! Int għandek vantaġġ fid-dieta l-għaliex il-ħelu ma tħobbux!”

Kos hux! Imma dan it-tabib tassew minn tagħna u saqajh mal-art, għallimni xi ħaġa importanti. Taf li anki r-ruħ tista’ teħxien? U ejja! Biex ħiereġ Patri! Iva ħi! Texħien! U titqal! Tegħreq! U taf x’intiena tas-seba’ pesti jkollha fuqha! Possibbli? Iva! … Possibbli! Immaġina qed titħaddet ma’ persuna irrabbjata. Kemm ikunu imberrqa għajnejha hux? U kif tkellmek? Tkellmek qisha doberman hux! Jew alsation! U ħa ngħidlek, taf tkun pit bull ukoll! Issa din mhux intiena? Jaħasra! Qed nieħdu gost ngħidu erba’ ċajtiet għall-affari tagħna! U mbagħad ġiet hi u l-għaliex ir-raġel għamlilha fuq li għamlilha, inkella l-għaliex il-mara għamlitlu n-noli, tgħidx kemm ramaw jidgħu u jgħidu ereżijiet! U le sieħbi! Le oħti! Tnittilniex ambjent ferrieħi! Ħallina nieħdu naqra pjaċir flimkien! Tibżax! Jekk inti mdejqa mhux ħa ngħidlek ħabbat rasek mal-ħajt. Imma ngħidlek mur imxi! Inkella mur itlob naqra quddiem il-Mulej ħa jikkalmak! Għaliex jekk ħa tibqa’ bir-rabja fuqek, tinbaħ għal kull xejn, mhux aktar ħsara ħa tagħmel?

Il-ħażen bħal ħxuna! Iħaxxen! Għaliex itaqqal! San Pawl, fl-ittra tiegħu lill-Galatin, jagħtina eżempju ta’ ikel, jew aħjar junk food, li ruħna trid tevitaħ akkost ta’ kollox! Għaliex iħaxxen! Itella’ l-kolestrol! Jgħolli z-zokkor! U jtella’ il-pressjoni tar-ruħ mas-seba’ sema! Ħi, fid-dieta ta’ ruħna ejjew nevitaw: “Iż-żína, il-faħx, in-nuqqas ta’ rażan, l-idolatrija, is-seħer, il-mibegħda, il-ġlied, l-għira, il-korla, l-ambizzjoni, il-firda, il-partiti, l-invidja, is-sokor, it-tbahrid, u ħwejjeġ bħal dawn”  (Gal 5 :20-21). Dan l-ikel għandna nevitawħ! Mhux aċċettabbli! Dan junk food għal ruħna! Ma jagħmlilniex tajjeb! Iħaxxinna! Ittaqqalna! Għaliex ma jħalliniex inkunu tassew aħna! Meta niekluħ inħossu tross ma’ għonqna l-katina. Nibdew niġu ikkundizzjunati! Jibda’ idejjaqna kollox u kulħadd ! Għaliex minflok li tmexxina l-libertà li għandna fina għax aħna ulied Alla tibda’ tmexxina l-addiction għall-ħażen! Għad-dnub! U, l-ħxuna mhux tajba! Għaliex l-għekiesi ta’ ruħna jibdew juġgħuna bil-piż! U d-dnub aktar idaħħalna fi sqaq ta’ dlam. Iġibna dejjem qiegħdha. B’idejna fuq żaqna. U jibda’, ħelu ħelu, jġagħlna nisħtu s-siegħa u l-mument li aħna ħajjin!

Kos hux! Kemm jaf xi jgħid Ġesù! Isimgħu x’qalilna: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx” (Lq 13:24). Il-ħxuna tal-ħażen inneħieha billi nagħmel is-sewwa! (ara Luqa 13 :27). U x’inhu s-sewwa? “L-imħabba, l-hena, is-sliem, is-sabar, il-ħniena, it-tjieba, il-fidi, il-ħlewwa, ir-rażan” (Gal 5:22-23).

U kif inqast mill-ħxuna ħi? Daqshiex kont!… Mort inqerr qrara tajba! Illum x’faqgħa ta’ figure għandi! U meta jgħiduli: “Kemm sirt tirrabja, tidgħi, eċċ”, taf xi jkunu qed jgħiduli? Kull ikel sustanzjuż! Agħmel is-sewwa!! Qerr qrara kif imiss!! U jkollok figure babaw!!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: