Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap > Festa ta’ għarfien u tama għall-ġejjieni aħjar

Festa ta’ għarfien u tama għall-ġejjieni aħjar


Patri Mario Attard OFM Cap

Jum Paola 2015 kien tassew jum speċjali. Dan seħħ nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru. Għalija din kienet l-ewwel esperjenza minn mindu s-superjuri tiegħi tawni l-ubbidjenza li ngħix f’din il-lokalità fil-Fraternità Franġiskana Kapuċċina.

Għal din is-sena il-Kunsill Lokali Paola ħaseb biex jagħti dawn ir-rikonoxximenti. Fuq quddiem nett tal-lista kien hemm aħna, il-Fraternità Franġiskana Kapuċċina. Ingħatajna dan l-għarfien minħabba l-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-ftuħ tal-Knisja ta’ Sant’ Antnin. Imbagħad ingħata għarfien ukoll lil St. John Ambulance (Paola Division). U dan minħabba l-okkażjoni tas-70 anniversarju mit-twaqqif tad-diviżjoni. Ingħata wkoll rikonoxximent lil Victor Cassar, Twanny Hili, Alfred Mizzi, Jimmy Mizzi, Joseph Muscat, Lolly Rizzo u Lewis Theobald. Dawn kien ex plejers ta’ Hiberians FC li rebħu l-ewwel kampjonat għall-club fl-1960/1961. Sr Lucienne Cachia ingħatat rikonoxximent għall-impenn u d-dedikazzjoni fil-ħidma tagħha fil-lokalità ta’ Paola speċjalment ma’ dawk l-aktar fil-bżonn.

F’okkażjonijiet oħra l-Kunsill ippreżenta wkoll rikonoxximent lil Dun Christopher Ellul, saċerdot novell mill-lokalità ta’ Paola fl-okkażjoni ta’ l-ewwel quddiesa tiegħu. Ingħata wkoll rikonoxximent lil Dr. Wang Xiaolan għall-impenn li uriet fl-edukazzjoni tal-mediċina Ċiniża u tas-servizz mogħti fiċ-Ċentru tal-Mediċina Ċiniża f’Kordin, Paola. Ġieħ Paola 2015 ingħata lil Anna Calleja għax-xogħol tant siewi li twettaq ma’ nies b’diżabilità fil-qasam tal-isport.

Il-programm ingħata bidu b’quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fuq iz-Zuntier tal-Knisja tagħna l-Kapuċċini ta’ Sant’Antnin f’Għajn Dwieli fis-7.00 pm. Hekk kif bdiet il-quddiesa minn Ħaż-Żabbar bdiet tiela’ il-kaxxa infernali. Nemmen li ma kinitx sempliċi kumbinazzjoni. Anki l-Madonna kienet qed tifraħ magħna għall-lejla mhix tas-soltu! Fl-omelija tiegħu l-Gwardjan tal-Fraternità Kapuċċina, Patri Raymond Bonniċi OFM Cap, saħaq fuq l-importanza li kemm is-soċjetà u anki l-Knisja jaħdmu id f’id għall-ġid komuni. Dan l-istess ġid issemma wkoll fid-diskors li għamel is-Sindku ta’ Paola, is-Sur Dominic Grima. Apprezzajt ferm il-fatt li kemm is-Sindku u kif ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo, faħħru x-xogħol fejjiedi u siket li wettqu u għadhom iwettqu ħuti l-Patrijiet Kapuċċini fil-lokalità ta’ Paola.

Meta l-Gwardjan tela’ biex jirċievi l-premju għan-nom tal-Fraternità Kapuċċina tagħna ma stajtx ma niftakarx f’ħafna Patrijiet li ħadmu kemm felħu b’risq il-Pawlisti u anki b’risq pajjiżna. Kemm persuni irċevew kelma ta’ faraġ u direzzjoni mill-kuventin ta’ Sant’Antnin! Oħrajn irċevew ikel u għajnuniet oħra li l-Patrijiet, b’tant imħabba, qassmu magħhom. Imbagħad xi ngħidu għall-persuni li ġew ibattlu l-ixkora tad-dnubiet tagħhom f’dan il-kunventin u wara ħarġu tant fil-paċi l-għaliex il-paċi mal-Mulej, ma’ għajrhom u magħhom infushom reġgħet bdiet issaltan fihom. Ma rridx ninsa insemmi li minn dan il-kunvent ħarġet l-inizjattiva qaddisa tad-djar għall-persuni li m’għandhomx fejn imiddu rashom.

Kemm ġid sar bil-moħbi u mingħajr l-ebda daqq ta’ trombi! Patrijiet u frajiet li l-ħajja qaddisa tagħhom kienet ta’ balzmu u ta’ kuraġġ għal tant qlub maqsuma! Il-ħlas veru u ġust huwa mill-Mulej. U jingħata fid-dinja li ġejja. Madankollu l-ġest nobbli mill-Kunsill Lokali ta’ Paola lejna, il-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini, se jibqa’ imniżżel f’qalbna. Huwa ġest li, minkejja l-limitazzjoni, id-dgħjufijiet u d-dnubiet tagħna, se jagħtina kuraġġ biex aktar inkomplu naħdmu għall-ġid tal-Pawlisti, tal-Maltin u l-Għawdxin, u tal-bnedmin kollha.

Mill-ġdid u minn qalbna: GRAZZI!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: