Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap > L-Istitut Agostinjan

L-Istitut Agostinjan


Patri Mario Attard OFM Cap

Santu Wistin! Il-kbir għaref u isqof ta’ Ippona. Min ma semax bih? L-ispiritwalità u l-għerf li l-Mulej żejjen bihom lil dan il-qaddis u l-filosfu kbir nistgħu, għall-grazzja ta’ Alla, ingawduhom sallum anki permezz tal-Istitut Agostinjan.

Ta’ kull sena dan l-Istitut, li jaf il-bidu tiegħu fl-1983 mill-mibki Patri Prof. Edward Fenech OSA li, flimkien ma’ grupp ta’ patrijiet Agostinjani, iltaqgħu flimkien biex jiffurmaw  istitut u jagħtu għadd ta’ lectures pubbliċi, mill-ewwel kien ta’ suċċess. Fil-fatt kienu ħafna li attendew għal dawn il-lectures bi ħġarhom. Għall-ewwel l-Istitut kien fil-Kunvent tal-Patrijiet Agostinjani fil-Belt Valletta.

Iżda meta fl-1992 Patri Prof. Salvinu Caruana OSA beda jmexxi l-Istitut Agostinjan inħasset il-ħtieġa li dan jiġi ittrasferit għall-Pietà. Dan seħħ minħabba raġunijiet ta’ aċċessibiltà u anki minħabba li l-ambjent f’dan il-post hu aktar spazzjuż. Fl-Istitut jsiru għadd ta’ lectures minn dekani u kapijiet ta’ għadd ta’ fakultajiet mill-Università ta’ Malta. Fl-aħħar ta’ kull sena akkademika l-Istitut Agostinjan jagħti ċertifikat ta’ attendenza lill-parteċipanti kollha li jieħdu sehem għall-korsijiet li jniedi f’dik is-sena.

Il-kors ta’ kulħadd ta’ din is-sena dwar Santu Wistin, li bl-Ingliż ġie msejjaħ Augustine for All, se jibda’ nhar il-Ġimgħa t-2 t’Ottubru u jibqa’ sejjer sal-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru. Se jinfetaħ permezz ta’ quddiesa tal-Ispirtu s-Santu u ċ-Ċerimonja tal-ftuħ tas-Sena Akkademika 2015-2016. Iqaddes din il-quddiesa Fr Dr Joe Galea Curmi, Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċeżi ta’ Malta. Imagħad il-kors jissokta permezz ta’ 10 taħdiet li jkopru dawn is-suġġetti: Reliġjon u Filosofija, Reliġjon u Ekonomija, Reliġjon u Politika, id-Dsatax-il lecture annwali fuq Santu Wistin, Reliġjon u Soċjetà, Reliġjon u Ġurnaliżmu, Reliġjon u Psikoloġija/Psikjatrija, Reliġjon u Liġi, Reliġjon u l-Mara u Reliġjon u r-Raġuni f’Santu Wistin. Il-kelliema ta’ dawn it-taħdiet se jkunu Prof. Claude Mangion, Mr John Cassar White, Pres. Emeritu Ugo Mifsud Bonnici, l-Arċisqof Emeritu ta’ Algiers Mons. Prof Henri Teisser, Prof. Mark-Anthony Falzon, Mr Saviour Balzan, Dr Anton Grech, Onor. Imħallef Dottor S. Meli, Dr Pauline Dimech u Fr Prof. Hector Scerri.

Matul din is-sena akkademika se jkun hemm 16-il lezzjoni tal-filosfija kull nhar ta’ Ħamis mis-6.00 pm sat-8.00 pm li se jingħataw minn Fr Prof. Salvinu Caruana OSA, Dr Max Cassar u l-Onor. Imħallef Silvio Meli. Il-Lectio Augustini din is-sena se tistudja l-kitbiet ġawhra tal-Kristjaneżmu tal-Ewwel Sekli. Jiġifieri d-Didachè, l-Ittra lil Dionjetu, il-Letteratura tal-Martirju u l-Letteratura Axxetika u Monastika. Dawn se jsiru kull mhar ta’ Ġimgħa mit-22 ta’ Jannar sal-11 ta’ Marzu. Il-ħin se jkun mis-6.00 pm sat-8.00 pm.

Jekk trid li Santu Wistin, l-għalliem għaref tal-fidi u r-raġuni, jgħinek u jsaħħek fil-formazzjoni tiegħek għaliex ma tikkuntatjax lill-Istitut Agostinjan, PO Box 61 Imsida PO MSD1000? Tista’ iċċempel ukoll lid-Direttur, Patri Salvinu Caruana OSA fuq 21249407-99402102. Jew lis-segretarja: 27010827 jew 99450099.

Il-fidi u l-kultura jimxu id f’id!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: