Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-Maternita’ ta’ Marija u dik tal-Knisja

Il-Maternita’ ta’ Marija u dik tal-Knisja


Il-Knisja hija omm mhux assoċjazzjoni riġida li fl-aħħar mill-aħħar tispiċċa orfni.  Hekk stqarr il-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa li ċċelebra fil-kappella tad-Dar Santa Marta.  Fost il-konċelebranti kien hemm id-disa’ Kardinali tal-kunsill konsulent tal-Papa (il-Kunsill tad-9) li jinsabu fil-Vatikan biex jiltaqgħu mal-Qdusija Tiegħu f’laqgħa li għandha tintemm għada.

Il-Papa qal li bħall-Verġni Marija, il-Knisja irid ikollha dik il-maternità li tespimiha fl-atteġġjamenti tagħha ta’ umiltà, tjubija, maħfra u tenerezza.

Ibni, hawn hi Ommok.  L-omelija tal-Papa kienet dwar din id-dikjarazzjoni straordinarja li Ġesù jagħmel minn fuq is-salib, indirizzata lid-dixxiplu li kien iħobb, u lill-Marija.

Il-Papa osserva li ma nistgħux naħsbu f’Marija jekk ma nħarsux lejha wkoll bħala omm.  Fl-istess ħin, kompla jgħid, il-maternità tagħha, fil-figura ta’ dak l-iben il-ġdid, tinfetaħ biex tilqa’ lill-Knisja kollha u lill-umanità kollha.

Fiż-żmien li qed ngħixu fih jinħass ħafna s-sens tal-orfni, id-dinja hija orfni u din il-kelma għandha importanza kbira, l-importanza li Ġesù jgħidilna: mhux se nħallikom orfni, se nitkom omm.  Din hil-kburija tagħna, għandna omm, omm li qiegħda magħna, tipproteġina, takkumpanjana, tgħinna anki fil-waqtiet diffiċli, fil-waqtiet koroħ.

Il-monaċi Russi, fakkar il-Papa, jgħidu li fil-waqtiet ta’ maltemp spiritwali għandna mmorru taħt il-mant tal-Omm qaddisa ta’ Alla biex b’hekk din l-omm tilqagħna u tħarisna, tieħu ħsiebna.  Imma din il-maternità ta’ Marija, nistgħu ngħidu li tmur aktar ‘l hinn minn hekk, hi maternità li tittieħed.  Mill-maternità ta’ Marija titnissel maternità oħra, il-maternità tal-Knisja.

Il-Knisja hija omm, hija Ommna l-Knisja Mqaddsa li tnissilna fil-Magħmudija, tkabbarna fi ħdan il-komunità tagħha u għandha l-atteġġjamenti tal-maternità, tal-ġentilezza, tat-tjubija: Ommna Marija u Ommna l-Knisja jafu jmellsu lil uliedhom, inisslu t-tenerezza.  Jekk naħsbu fi Knisja mingħajr din il-maternità inkunu qed naħsbu dwar assoċjazzjoni riġida, mingħajr entużjażmu uman, orfni.

Il-Knisja hija omm li tilqagħna lkoll bħalma tagħmel omm:  Marija hija omm, il-Knisja hija omm.  Maternità li tissarraf f’atteġġjamenti ta’ umiltà, laqa’, fehim, tjubija, maħfra u tenerezza.

U fejn hemm il-maternità, kompla jgħid il-Papa Franġisku, hemm il-ħajja, hemm il-paċi, nikbru fil-paċi.  Meta din il-maternità tkun nieqsa jibqa’ biss ir-riġidità, dik id-dixxiplina li ma tafx titbissem.  Waħda mill-aktar affarijiet sbieħ tal-bniedem hi li titbissem lil xi tfajjel u ġġiegħel lilu jitbissem.

Jalla l-Mulej, temm jgħid il-Papa jġegħelna nħossu llum mill-ġdid dak li Hu offra lill-Missier għalina: Ibni, hawn hi ommok!”

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: